DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAL-GĦOTI TAL-ĠURAMENT LILL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-10 TA’ MARZU 2012 – IL–BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IL-ĦAMIS, 29 TA’ MARZU 2012
Sindki,
Kunsilliera,
Sinjuri,
Iċ-ċerimonja tal-lum, għal kull wieħed uwaħda minnkom għandha sinifikat speċjali. Qed tieħdu responsabbiltà biex tkunuta’ aktar servizz għar-residenti tagħkom. Il-ġurament qed ikomplilkom it-triq,il-vjaġġ tagħkom ta’ servizz lejn iċ-ċittadini tal-lokalitajiet litirrappreżentaw u tal-pajjiż kollu.
Inqis li intom qed tkomplu l-vjaġġ ta’servizz, mhux biss għaliex hawn minnkom li diġà huma kunsilliera, però l-fattli għażiltu li tkunu kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, diġàkontu poġġejtu lilkom infuskom disponibbli għas-servizz tar-residenti u tajtuservizz.
Sinjuri,
Illum il-Kunsilli Lokali għandhom firxawiesgħa ta’ responsabbiltajiet. Metatwaqqfu l-Kunsilli kienu responsabbli tal-manutenzjoni tat-toroq, bankini,ġonna, iżda sena wara l-oħra, il-Gvern żied ir-responsabbiltajiet tal-KunsilliLokali; beda jgħaddi propjetà biex tiġi amministrata mill-Kunsilli Lokali skontil-bżonnijiet tal-komunità, u jew b’inizjattiva tagħhom jew bi sħubijamal-Gvern, Kunsilli Lokali differenti wettqu inizjattivi edukattivi, soċjali,kulturali u taw servizzi għall-anzjani bħalma huma d-day centres.
Il-Kunsilli Lokali qed jagħmlu bidlagħall-aħjar fil-ħajja tan-nies. U hekk tridu tkomplu tagħmlu intom, bl-ideat,bl-entużjażmu u bl-enerġija tagħkom.
Il-ġimgħa li għaddiet iltqajt ma’ omm likienet mat-tifel tagħha. Qaltli li konnaltqajna f’Ġunju tas-sena li għaddiet meta fuq stedina tal-Kunsill Lokali ta’B’Kara inawgurajt faċilitajiet sportivi u logħob għat-tfal fi Ġnien JohnBorg. Qaltli li b’mod regolari hi ur-raġel tagħha jmorru f’dan il-post mat-tifel u jqattgħu l-ħin hemm. Il-kliem li użat kien li “minn post mitluq, il-Kunsill bidel danil-post f’bejta ta’ attività għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-familji”. Hekk irridu li jkunu l-Kunsilli Lokali. Jieħdu inizjattivi li jagħmlu differenzagħar-residenti. Fost l-inizjattivi, il-Kunsilli Lokali jeħtieġ li jżidu aktarl-attività tagħhom fil-qasam edukattiv. Diġà qed isir ħafna, iżda jista’ jsir aktar.
Naqsam magħkom esperjenza oħra. Hawnhekk f’din is-sala, fis-sajf li għaddakien hawn grupp ta’ tfal li ġew iżuru l-Berġa ta’ Kastilja. Staqsejthom għall-opinjoni tagħhom dwar dakli kienu għadhom kemm raw. Fost it-tfal,qamet tifla u qaltli “Prim Ministru, in-nanna taf tuża l-internet għaliexmarret kors fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u bdiet tibgħatli l-e-mails. La mmur id-dar se nibgħatilha r-ritratti li ħadt hawnhekk u ngħidilhax’rajt”.
Inizjattiva ta’ Kunsill Lokali li permezztagħha l-anzjani qed jużaw it-teknoloġija biex jikkomunikaw man-neputijiet.
Ir-residenti ta’ kull lokalità bħall-omm ul-anzjana jistgħu jipparteċipaw u jħossu r-riżultati tal-ħidma tagħkomil-kunsilliera. L-istess kif jagħmluresidenti ta’ lokalitajiet differenti, u turisti li jżuru pajjiżna u jattendugħall-attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali.
F’dawn l-aħħar snin f’pajjiżna inħoloqkalendarju kulturali u turistiku ġdid bis-saħħa tal-attivitajiet li jiġuorganizzati mill-Kunsilli Lokali. Niesfin-negozju u sidien ta’ ħwienet kellmuni dwar il-kummerċ ġdid li qed jinħoloqpermezz ta’ dawn l-attivitajiet. Semmewli l-Birgu by Candle Light u l-Festival Marittimu li jsirfl-Isla. B’dawn l-attivitajiet qednesponu aktar il-wirt ta’ pajjiżna, intejbu l-prodott turistiku, qed jinħolquattivitajiet għall-familji u jiżdied in-negozju u l-kummerċ. Il-Gvern hu impenjat li jkompli jsostnilill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw aktar attivitajiet.
Sinjuri,
Il-ħidma tal-Kunsill m’għandiex effett fuqir-residenti biss. Bil-proġetti li qedisiru mill-Gvern u mill-Kunsilli Lokali jgawdu wkoll kategoriji differenti ta’ħaddiema. Fl-2009 il-Gvern għamel il-proġett ta’ Pjazza San Ġorġ. Minnparking area biddilna dan il-postf’wieħed mill-isbaħ għall-familji u għat-turiżmu. Pjazza li saret tkun miżgħuda bin-nies. Waqtli kien għaddej ix-xogħol kien hemm 73 ħaddiem jaħdmu f’xi fażi jew oħratal-proġett.
F’din il-leġislatura tajna aktar fondilill-Kunsilli Lokali biex jiksu toroq bit-tarmak. Dan minbarra li qed isiru xogħlijiet maġġurita’ bini mill-ġdid ta’ toroq arterjali f’Malta u f’Għawdex u bini ta’ toroqresidenzjali. Fuq il-bini ta’ toroqjaħdmu 1,500 ħaddiem. F’Għawdex bħalissa qed isir il-proġett taż-ŻewwieqaWaterfront li fuqu hemm jaħdmu 45 ħaddiema.
Dawn huma biss uħud mill-eżempji li jurukif bil-proġetti, kemm dawk li jsiru mill-Gvern kif ukoll dawk li jsirumill-Kunsilli Lokali qed noħolqu x-xogħol għall-ħaddiema tagħna. Tħares minn liema naħatħares, il-kunċett tal-gvern lokali kien suċċess. Is-suċċess ikun akbar meta l-Kunsilli Lokalijimxu b’responsabbiltà.
Kull Kunsillier għandu jara li jimxib’mod skrupoluż mal-Kodiċi ta’ Etika. Intom għandkom taraw li meta tiġu biex tieħdu jew tattwaw deċiżjonijietli jkunu jirrigwardjaw finanzi, iġġibu quddiem għajnejkom li dawn huma finanzifdati lilkom, li huma finanzi pubbliċi. Il-Gvern Ċentrali ħa ħsieb li jżid l-allokazzjoni finanzjarjalill-Kunsilli Lokali kull sena u intom għandkom dmir li tagħtu l-akbar valurlill-flus li qed tamministraw f’isem ir-residenti.
Sinjuri,
F’ismi u f’isem il-poplu Malti uGħawdxi nirringrazzjakom tal-impenn li qed tidħlu għalih. Fl-istess waqt nawguralkom kull suċċessfil-ħidma tagħkom. Grazzi.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017