Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, MINISTRU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAL-GĦOTI TAL-ĠURAMENT LILL-KUNSILLIERA TAL-KUNSILLI LOKALI TAL-BIRGU, QORMI, Ħ’ATTARD, FLORIANA, GŻIRA, ĦAMRUN, MARSAXLOKK, SAN PAWL IL-BAĦAR, SAN

pr0729
Date Icon 28/03/2012

Onorevoli Prim Ministru,

Onorevoli Stefan Buontempo,

Sur Michael Cohen, President tal-Assoċjazzjonital-Kunsilli Lokali,
Sinjuri, 

Hu ta’ pjaċir għalija li nkun preżenti għal diniċ-ċerimonja importanti – waħda li fiha intom il-Kunsilliera eletti tingħatawil-ġurament tal-ħatra tagħkom.  

Il-poplu tkellem u esprima bil-vot tiegħu min minn fost il-persuni liresqu għas-servizz tiegħu jrid li jirrappreżentah.  Għandkom għalhekk l-unur, u fl-istess ħinid-dmir, li din l-għażla demokratika twettquha sewwa skont il-liġijiettal-pajjiż fl-interess dirett tan-nies.  

Hemm ħafna xogħol li sar mill-Kunsilli Lokali ta’qabilkom, però daqstant ieħor għandkom intom quddiemkom.  Fortunatament, m’intomx neqsin mill-ħeġġa ud-determinazzjoni li tibdlu u tirriformaw dak li għandna.  Aktar ma taħdmu f’daqqa bħala Kunsilliera, uaktar ma tiftehmu bejnietkom f’dak li għandu jsir, tant l-aħjar.  Il-pajjiż kollu mexa ‘l quddiem proprju b’dinil-politika favur il-Kunsilli Lokali, favur id-deċentralizzazzjoni tal-poter ubit-tħaddim ta’ din id-demokrazija amministrattiva.  Bil-fatt li għal dawn l-aħħar tmintax-il senakellna: l-ewwel, flus ivvutati apposta għall-Kunsilli ta’ bliet u rħula speċifiċi,u t-tieni li kien il-poplu li għażel min jamministra u jiddeċiedi kif u fejnjintefqu dawn il-flus, rajna tibdil. 

Dan huwa tajjeb u m’hemmx dubju li mxejna sew ‘ilquddiem, biss hemm lok biex naħdmu fuq punti oħra.  Ninnota li l-liġi dwar il-Kunsilli Lokali,fir-riforma li saritilha għaddiet ferm iktar poteri lilkom.  Il-preżenza tagħkom illum kibretf’direzzjonijiet differenti: fl-aspett soċjali, kulturali, storiku,infrastrutturali u b’hekk żdiedu l-konfini. Għalhekk tajjeb li naraw x’inhuwa l-futur tal-Gvern Lokali.

Il-futur li, fir-realtà u f’dinja li qegħda l-ħinkollu tinbidel, jitlob li naraw kif nistgħu nassiguraw kwalità ta’ ħajjaaħjar.  Dan f’dibattitu miftuħ, li bihinħarsu ‘l quddiem biex nibnu fuq li kellna u nassistu lilkom il-KunsillieraLokali tikbru u tifhmu aktar il-missjoni tagħkom.  

Hemm żgur lok li nħarsu lejn kif nistgħu mmexxu ‘lquddiem is-servizzi li qed jiġu provduti mill-Kunsilli Lokali nfushom.  F’dawn l-aħħar jiem kont preżenti għall-ftuħtal-uffiċini amministrattivi ta’ Għajnsielem, is-Siġġiewi, Ħal Kirkop u SanPawl il-Baħar u jidher ċar li sejrin lejn ambjenti aħjar u aqwa b’potenzjal ta’servizzi aqwa.  Għandna naraw kif nistgħuntejbu dak li diġà għandna, nindirizzaw is-servizzi li nistgħu nipprovdu immagħal xi raġuni jew oħra m’aħniex, u mmorru lura għand ir-residenti tagħnasabiex naraw x’sewwasew għandhom bżonn skont it-tibdiliet fl-età u fis-servizzimitluba.  

Illum il-ġurnata, mertu tal-Kunsilli preċedenti qednaraw li qed jintlaħqu aktar nies bi problemi soċjali, b’diffikultajiet, sabiexdawn iħossuhom parti mis-soċjetà.  Dinil-linja trid tiġi koltivata iktar, speċjalment lejn dawk li huma ‘l isfelfis-soċjetà, lejn dawk li għal xi raġuni jew oħra jsibu ruħhom f’diffikultajietta’ emarġinazzjoni u ta’ nuqqas ta’ mezzi.

Dawn il-passi huma neċessarji għax ikomplu jassigurawil-ħidma fid-direzzjoni t-tajba.  Ħidmali l-poplu jrid u japprezza, li twassal sabiex iktar parteċipazzjoni direttasija fl-elezzjonijiet, kif ukoll fl-attivitajiet li jsiru. 

Is-sehem tal-Kunsilli huwa determinanti fit-teħid ta’deċiżjonijiet li permezz tagħhom tikber il-kollaborazzjoni bejnkom uistituzzjonijiet demokratiċi oħra. Nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex infakkar li skont l-artikolu 115 tal-Attdwar il-Pulizija (Kap. 164 tal-Liġijiet ta’ Malta), għandhom jinżammu laqgħatregolari f’intervalli adatti bejn il-Kunsill u l-Pulizija biex jiġu diskussimaterji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Pulizija.  Naraw li kull Kunsill li jħaddem tajjeb dinis-sistema ġieb kontroll ikbar u tnaqqis fir-rata tad-delinkwenza.  B’kollaborazzjoni attenta u ffukata jkollnariżultati aqwa milli kellna f’dawn l-aħħar snin meta kull sena rajna tnaqqiskostanti fid-delinkwenza fuq bażi lokali. Nemmnu f’dan u fil-bidu ta’ dan ix-xahar li ġej ser nibda nesiġi li kullKunsill Lokali jibgħat kopja tal-minuti tal-laqgħat lid-Dipartiment tal-GvernLokali u lill-Kummissarju tal-Pulizija u x’passi qed jittieħdu fid-dawl ta’ dakli jkun ġie diskuss.  Nieħu wkolll-opportunità sabiex niġbed l-attenzjoni tagħkom għall-proċess ta’konsultazzjoni li bdejna fuq is-settur tal-piroteknika.  Ninnota li l-piroteknika hija partiessenzjali mill-ħajja ta’ diversi residenti tagħna.  Hemm min huwa favur u impenjat sew, hemmukoll min m’huwiex daqshekk favur.  Warar-rapport li kien sar mill-Kummissjoni mmexxija mill-Profs. Alfred J. Vellahemm issa proċess ieħor ta’ riforma li dħalna għalih.  Irrid infakkar, l-ewwel, li f’dawn l-erba’snin għamilna numru kbir ta’ tibdiliet sabiex nassiguraw l-eżistenzatal-piroteknika f’ambjent iktar sikur; it-tieni, li ninsabu miftuħa għal iktarriformi u qegħdin fuq dan inħeġġukom li tieħdu sehem u tħeġġu liċ-ċittadinitagħkom biex jersqu ‘l quddiem u jagħtu sehemhom.  F’dawn il-jiem ser nibgħatu kopja ta’ danir-rapport direttament lill-Kunsilli Lokali sabiex nassiguraw li dan isir. 

Hemm ferm iktar inizjattivi li ġew meħuda u oħrajn lihuma pendenti.  Dawn huma partimill-isfidi importanti li għandna lkoll quddiemna. 

Nagħlaq billi mill-qalb nawguralkom il-ħidma t-tajba -ħidma li tħares lejn ir-riformi t-tajba. Riformi li nittama li fiż-żmien li ġej nidħlu għalihom billi nerġgħunoħorġu għad-diskussjoni u l-konsultazzjoni dokument ġdid li jmexxina passioħra ‘il quddiem sabiex nissudaw u naġġornaw dak li għandna għaż-żminijiettal-lum u ta’ għada.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow