Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0728
Date Icon 28/03/2012

L-Oppożizzjonimitlufa dwar is-saħħa u qed tivvinta

L-istqarrija tal-Oppożizzjonita’ llum dwar is-saħħa turi kif l-Oppożizzjoni Laburista infexxet f’aktar nofsveritajiet u b’diżonestà kbira qed tkompli tattakka s-settur tas-saħħa li fihjaħdmu eluf ta’ Maltin u Għawdxin.

Il-Ministerugħas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità,juri solidarjetà mal-professjonisti u l-ħaddiema li kuljum jaħdmu fis-settur,filwaqt li jappella lill-Oppożizzjoni Laburista biex ma jkomplix jipprovajimmina din il-ħidma billi tivvinta. 

Il-Ministeru jinnotawkoll li għal darb’ oħra l-Oppożizzjoni għażlet li taħbi l-verità dwar is-saħħau saħansitra anke meta titkellem waħida mhix tkun responsabbli biżżejjed biextoffri xi tip ta’ viżjoni għall-qasam. Fin-nuqqas ta’ dan, l-Oppożizzjoni qedtirrikorri għal dak li taf tagħmel l-aħjar – tispekula. 

Hija ħasra li l-Oppożizzjonimhix tgħaraf dak li qiegħed jinkiseb permezz ta’ investiment kontinwu fil-qasamtas-saħħa.  Sa dalgħodu stess tħabbar li20 persuna għamlu proċedura innovattiva li permezz tagħha qed jgħixuaktar.  Dawn l-20 persuna jingħaqdu ma’ħafna aktar persuni li ġew salvati b’inizjattivi tal-Gvern fil-qasamtas-saħħa.  Bil-ftuħ tal-breast screening centre fl-2009, ġewsalvati l-ħajjiet ta’ 117-il mara li ġew eżaminati. 

Il-Fatti juru li waqtli l-kelliema għall-Oppożizzjoni dwar is-saħħa, b’vuċi għolja, tkompli tmaqdaris-settur, il-Gvern qed ikompli jinvesti fis-servizzi eżistenti u ankefis-servizzi ġodda.  

Il-Fatti juru wkollli kien propju Gvern Laburista li daħħal ħlas u taxxi fuq il-poplugħas-servizzi tas-saħħa.  Dawn it-taxxifuq il-mard u fuq il-medicini, li kienu jolqtu lil min hu l-aktar vulnerabbli,tneħħew mill-Gvern ta’ wara, filwaqt li l-Partit Laburista baqa’ jgħid lil-introduzzjoni tat-taxxi fuq is-saħħa kienet deċiżjoni tajba. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow