DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, MINISTRU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI, WAQT IĊ-ĊERIMONJA TAL-ĠURAMENT TAL-KARIGA TAL-KUNSILLIERA LOKALI – IL-BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – PROGRAMM 27, 28 U 29 TA’ MARZU 2012
Onorevoli Prim Ministru,
Sinjuri,
Hu ta’ pjaċir għalija li llum nkun preżenti flimkienmagħkom għal din l-okkażjoni ferm importanti għal-lokalitajiet tagħna – diktal-ġurament ta’ ħatra ta’ kunsilliera. Din hija evidenza diretta tal-valurdemokratiku li pajjiżna jagħti lill-KunsilliLokali għax jemmen fil-kontribut li għandhom jagħtu fis-soċjetà tagħna. Kontribut li jsarraf fost l-oħrajn fit-tisħiħtal-identità tal-komunitajiet li jirrappreżentaw, fit-titjibtal-infrastruttura, fl-għoti ta’ diversi servizzi, fiż-żamma tal-indafapubblika u fl-immaniġjar aħjar tal-iskart kif ukoll fit-titjib ta’ dak likapaċi joffru l-gżejjer tagħna. Dinid-demokrazija amministrattiva qegħdha tassigura li l-poplu għandu f’idejhgħodda diretta sabiex jibdel u jsaħħaħ l-ambjent u l-ħajja tiegħu.
Irrid nfakkar li r-riforma tal-Kunsilli Lokali ligħaddejna fil-Parlament, il-Kunsilli, barra li ġew imġedda, bdejna nafdawlhomresponsabbilitajiet u ngħaddulhom aktar riżorsi minn dak li kellhom sabiexjaħdmu. Dan għaliex il-Gvernirrikonoxxa l-effett pożittiv li għandhom il-Kunsilli Lokali fuqil-lokalitajiet tagħna. Għalhekk ħass il-ħtieġa li jibni fuq dak li kien diġamiksub u fl-istess ħin jieħu l-passi ‘l quddiem biex jassigura li jżidl-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali billi jiġi mtejjeb l-operat tagħhom u jiġiassigurat li verament jilħqu l-għanjiet tagħhom. Għalhekk il-Kunsillifis-soċjetà huma f’pożizzjoni li jkomplu jirrispondu bl-aħjar mod possibbligħal dak li r-residenti jridu minnhom. Mira tal-Gvern hi dik li nsaħħu l-Kunsilli Lokali biex ikunu aktareffettivi fl-interess tar-residenti, responsabbli u trasparenti fl-operattagħhom u b’hekk jilħqu verament l-għan li għalih qed jaħdmu u li impenjawruħhom għalih – dak li jkollna lokalitajiet sostenibbli fejn ir-residentijkollhom l-aħjar servizz u titjieb il-kwalità tal-ħajja. Kull Kunsill għandudik ir-responsabbiltà fuqu. Kull Kunsill irid jassigura li jinvolvi l-popluf’dak li qed isir f’dan il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni.
Hu ta’ sodisfazzjoni taran-numru ta’ proġetti f’oqsma diversi li l-Kunsilli Lokali varji qegħdinb’impenn kbir jidħlu għalihom. Insemmi numru minnhom: organizzazzjoni ta’korsijiet edukattivi, attivitajiet sportivi, attivitajiet kulturali li minnhomqegħdin igawdu ukoll il-komunitajiet kummerċjali lokali, proġetti għall-enerġijaalternattiva, restawr ta’ postijiet storiċi, u titjib infrastrutturali. Dankollu juri biċ-ċar li r-rwol tal-Kunsilli Lokali fl-edukazzjoni, fil-qasamsoċjali, fil-provvista ta’ servizz, fil-promozzjoni tan-negozju, fit-tisħiħtal-identità u fil-ħarsien tal-wirt storiku ġie definit aħjar. Dan kollu qedjgħin biex iġib dik id-differenza fil-kwalità ta’ ħajja tar-residenti għax ħidmitnalejn hemm hija mmirata, li nassiguraw parteċipazzjoni akbar sabiex dak li jkunqed isir ikollu suċċess akbar u jkun fih l-ideat ta’ kemm jista’ jkunresidenti.
Għad fadal xi jsir. Irridu nibqgħu naħdmu biexflimkien naslu biex ikollna aktar Kunsilli Lokali eżemplari fejn ir-residentiverament jiġu l-ewwel u qabel kollox u jiġu dejjem mogħtija l-aqwaservizz. Ir-residenti u dawk li jżurul-lokalitajiet għandhom isibu fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali one stop shop. B’hekk ir-residenti uviżitaturi jkunu jistgħu jmorru mhux biss għall-ilmenti u bżonnijiet relatatidirettament mal-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali iżda anki għal dawk li humakompetenza ta’ dipartimenti u entitajiet governattivi. Għalhekk tajjeb li jiġuintrodotti aktar servizzi ġodda ta’ e-governmentli jistgħu jingħataw lir-residenti mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali kif ukollikun hemm titjib fis-sistema tal-IT tal-CustomerCare biex nassiguraw li l-pubbliku jinqeda aħjar u mingħajr ħafna dewmien.Sistema li qed nara li qed taħdem tajjeb ħafna f’wieħed mid-Dipartimenti litiegħu jien responsabbli hija s-sistema tal-E-IDli l-għan prinċipali tagħha hu li jtejjeb dejjem iżjed il-kwalità tal-ħajjataċ-ċittadini Maltin permezz tal-użu ta' servizzi tal-e-Government li huma tal-ogħla klassi, aċċessibbli u sikuri.
Huwa importanti ħafna li ntejbu l-effiċjenzatas-servizzi pubbliċi li qed jiġu pprovduti liċ-ċittadini tagħna. Irridu nsaħħud-demokrazija billi nżidu s-sehem taċ-ċittadini fil-proċess li bih il-Gvernjasal biex jieħu d-deċiżjonijiet. Aħna rridu nġibu s-servizzi pubbliċi kollhaf'livell wieħed sabiex nagħtu kontribut effiċjenti u effettiv għall-kompetittivitàu t-tkabbir ekonomiku lokali. L-E-IDhuwa mezz sabiex dawn l-oġġettivi jintlaħqu. Iċ-ċittadini jistgħu jkollhoml-istess aċċess għas-servizzi kollha tal-Gvern li qegħdin fuq l-Internet, b'modsikur u integrat.
Residenti moqdija tajjeb ifisser suċċess li żguriħalli riżultat pożittiv lil kull Kunsill Lokali. U ppermettuli wkoll inqajjem il-bżonnli nagħrfu aktar xi jrid il-poplu mill-Kunsilli. Hemm lok għal kull Kunsill lijara x’kienet il-parteċipazzjoni elettorali u jara kif jew ikompli jassigurafejn kienet għolja jew kif ser jgħolliha fejn ma kinitx. Aħna bħala Dipartimentu Ministeru ser inkunu fuq din it-triq sabiex nassistu u nissudawil-parteċipazzjoni demokratika u diretta tal-poplu.
Nixtieq nagħlaq billi nesprimi r-ringrazzjamenttiegħi lill-kunsilliera kollha u nawgura lill-kunsilliera maħtura illejla ħidmali tissarraf f’riżultati li jħallu l-frott mixtieq fil-lokalitajiet tagħna.Għandi fiduċja qawwija li kull kunsillier ser jagħmel ħiltu kollha biex jaqdid-dmirijiet tiegħu kif jixraq.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017