STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) b’budget ta’ miljun ewro aktar mis-sena li għaddiet
Kuntarju għall-impressjoni żbaljata li ppruvaw jagħtu ċertu sezzjonijiet tal-media, il-budget għall-2012 tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) u tat-tliet Aġenziji fi ħdanha żdied sostanzjalment fuq is-snin li għaddew.
Għal din is-sena l-budget tal-FSWS, l-Aġenżiji Appoġġ, Sapport u Sedqa, hu ta’ €13.6 miljun. Dan ifisser żieda ta’ miljun Ewro fuq l-2011, u żieda ta’ €1.6 miljun fuq l-2010. Bir-reviżjoni tal-budget is-servizzi mhux se jonqsu. Biż-żieda fuq il-budget tas-sena li għaddiet, se tkompli l-ħidma biex jiddaħħlu servizzi ġodda matul l-2012.
Il-Gvern hu kommess li kull sena jivvota aktar flus sabiex dawn l-aġenziji jkomplu jagħtu s-servizz tagħhom lill-persuni vulnerabbli inkluż tfal u persuni b’diżabilità.
Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali tibqa’ żżomm l-impenn tagħha lejn it-tfal, adulti u familji li jużaw is-servizzi tagħha u tibqa’ taħdem sabiex dejjem twassal servizzi professjonali lil min għandu bżonn l-għajnuna.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017