Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI JILTAQA MAL-KUNSILL LOKALI TAL-PIETÀ

pr0409
Date Icon 23/02/2012

Il-Gvern Ċentrali qiegħed jappoġġja bis-sħiħ inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Pietà biex din il-lokalità jkollha għassa tal-Pulizija fi żmien qasir.

Waqt laqgħa ma’ delegazzjoni mill-kunsill lokali mmexxija mis-sindku Dr. Malcolm Mifsud, il-Ministru għall-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici tenna l-appoġġ tiegħu għal din l-inizjattiva ta’ prijorità. Il-Kunsill qed jiffoka l-isforzi tiegħu biex tiġi devoluta l-ex Guard Room tal-Isptar San Luqa biex din tiġi restawrata f’ Għassa tal-Pulizija. Dan il-proġett għandu joffri pjattaforma aħjar minfejn il-Korp tal-Pulizija jkun jista jaqdi l-ħtiġijiet tal-komunità fil-Pietà u anke għall-madwar 900 pazjenti li jattendu kuljum fl-uniku detox centre f’Malta.

Proġetti oħra li l-Kunsill Lokali bħalissa qed jaħdem fuqhom huma l-Public Private Partnership fuq it-toroq. Issemma wkoll il-bżonn li jsiru xogħlijiet fiż-żewġ binjiet  tal-qasam tad-djar. Il-kunsill nieda wkoll proġett li bih ġew installati CCTV cameras bi sħab mar-residenti tal-lokalità biex b’hekk jiġi assigurat aktar serħan tal-moħħ fil-kommunità.

Fl-aħħar tal-laqgħa, il-Ministru rringrazzja lill-Kunsill għax-xogħol siewi li qiegħed iwettaq u ħeġġu jibqa miexi bl-istess ritmu biex jassigura li r-residenti jinqdew kif xieraq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow