Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U L-AFFARIJIET PARLAMENTARI

pr0407
Date Icon 23/02/2012

Internet b’xejn fi 98 wi-fi spot madwar il-gżejjer Maltin


Fis-sentejn li għaddew twaħħlu 98 Wi-Fi hotspot f’postijiet pubbliċi, parks, pjazez, ġonna u playing fields madwar il-gżejjer Maltin.  Aktar minn żewġ terzi minn dawn il-Wi-Fi hotspots twaħħlu mill-Kunsilli Lokali, bis-sehem tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA), wara li rċevew fondi apposta mingħand il-Gvern.   Dawn il-Wi-Fi spots saru permezz ta’ skema għall-istallazzjoni ta’ Wi-Fi f’postijiet pubbliċi.

Il-Kunsilli Lokali kollha ngħataw din l-opportunità biex jinstallaw internet bil-Wi-Fi fl-ispazji pubbliċi tagħhom.  Kien il-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex biss li ddeċieda li ma jieħux din l-opportunità.

Ir-rapport li xandar il-bieraħ l-istazzjon tal-Partit Laburista li hawn 21 lokalità li m’għandhomx Wi-Fi hu skorrett.  One News talab lill-Ministeru tal-Ġustizzja jgħid kemm hawn Wi-Fi spots.  Il-Ministeru weġibhom li lista aġġornata tista’ tinkiseb mill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.  One News flok kiseb l-informazzjoni aġġornata mill-Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, kif intalab li jagħmel, straħet fuq dokument ippubblikat sena ilu li fih lista tal-Wi-Fi hotspots li l-Kunsilli Lokali kienu installaw fl-2010,  jiġifieri sentejn ilu.  Minn dakinhar sal-lum, il-Kunsilli Lokali kollha, għajr għall-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex, bdew joffru l-internet bil-Wi-Fi b’xejn.

Ma’ din l-istqarrija qed tiġi ppubblikata l-lista sħiħa tad-98 post fejn hemm Wi-Fi b’xejn.  69 Wi-Fi hotspot kienu installati mill-Kunsilli Lokali bl-iskema offruta mill-Gvern u 29 oħra kienu installati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni f’postijiet pubbliċi.  Kif jindikaw dawn il-listi, hemm lokalitajiet fejn hemm aktar minn Wi-Fi hotspot wieħed.

Wi-Fi Hotspots li saru bi sħab bejn il-Kunsilli Lokali u l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni

Ħ’Attard   Pjazza Tumas Dingli
Il-Birgu    Couvre Porte
Birżebbuġa   Il-Bajja s-Sabiħa
Il-Fgura   Pjazza R. Miller
Il-Floriana   Il-Fosos
Il-Gudja   Librerija Pubblika – Triq San Mark
Ħal Balzan   Pjazza Bertu Fenech
Ħal Għaxaq   Żona Santu Rokku
Ħal Kirkop   Pjazza San Leonardo
Ħal Lija   Pjazza Trasfigurazzjoni
Ħal Luqa   Il-Ground tal-Futbol
Ħal Safi   Ċentru tal-anzjani
Il-Ħamrun   Misraħ San Pawl
Ħaż-Żabbar   Ġnien il-Kunsill
Ħaż-Żebbuġ   Misraħ San Filep
L-Isla    Triq il-Vitorja
Il-Kalkara   Misraħ Arcisqof Gonzi
Il-Marsa   Triq San Tumas
L-Imġarr   Ġnien Pubbliku fi triq Mons. O. Vella
Il-Mosta   Pjazza Rotunda
L-Imqabba   Ġnien Tfal ir-Raħal
L-Imtarfa   Pjazza tar-raħal
In-Naxxar   Ġnien Toni Vella
Tal-Pietà   Ġnien il-Marina
Ħal Qormi   Pjazza tal-Granmastru
Il-Qrendi   Ġnien Dama Cecilia
Ir-Rabat   Misraħ il-Parrocca
Paola    Pjazza A. DePaule
San Ġiljan   Pjazza Balluta
San Ġwann   Misraħ Lewża
San Pawl il-Baħar  Misraħ il-Bajja, Buġibba
Santa Luċija   Pjazza 7 ta’ Lulju
Is-Siġġiewi   Pjazza San Nikola
Tas-Sliema   Ġnien l-Indipendenza
St Venera   Ġnien Romeo Romano
Swieqi    Ġnien Sant’ Andrija
Ħal Tarxien   Ġnien fi  Triq Annettu Caruana
Ix-Xgħajra   Librerija Pubblika
Iż-Żurrieq   Ġnien fi triq Dun Ġ. Żammit
Ħal Għargħur   Ġnien il-Paċi
Birkirkara   Skola Mrieħel
Il-Ġżira    Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa
Ħad Dingli   Daħla tas-Sienja
Marsaxlokk   Pjazza Madonna Ta’ Pompei
Iklin    Triq Ġuze Ellul Mercer
Mdina    Pjazza San Pawl
Pembroke   Ġnien Madre Tereża ta' Kalkutta
Bormla    Pjazza Paolino Vassallo
Marsaskala   Misraħ Mifsud Bonnici
Mellieħa   Ġnien Dun Anton Debono
Iż-Żejtun   Ġnien San Girgor
Il-Belt Valletta   Il-Barrakka t’Isfel
Il-Fontana   Triq il-Għajn
Għajnsielem   Pjazza Madonna ta’ Loreto
L-Għarb   Ta' Dbieġi
L-Għasri   Pjazza Salvatu
Ta’ Kerċem   Pjazza Orvieto
L-Imgarr, Għawdex  Terminal ta’ l-Imġarr
Il-Munxar  Triq Profs Il-Belt Ġuze Aquilina
In-Nadur                             Pjazza San Pietru u San Pawl
Il-Qala                                 Ġnien il-Familja
Ir-Rabat (Victoria)               Pjazza Indipendenza
San Lawrenz                        Pjazza San Lawrenz
Ta’ Sannat                           Pjazza Santa Margerita
Ix-Xagħra                            Pjazza Vitorja
Ix-Xewkija                          Pjazza San Gwann Battista
Ix-Xlendi                             Triq San Xmun
Iż-Żebbuġ                            Pjazza Assunta
Marsalforn                           Il-Menqa

Wi-fi Hotspots li saru mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni (MCA)

Ħ’Attard                              Ġnien l-Istazzjon
Birkirkara                            Ġnien l-Istazzjon
Bormla                                 L-Iskola Primarja
L-Imqabba                          L-Iskola Primarja
L-Imsida                              L-Isptar Mater Dei – Outpatients
L-Imsida                              L-Isptar Mater Dei – Foyer
In-Naxxar                            Giovanni Curmi Higher Secondary School
Il-Qawra                              Salini
Il-Floriana                            Librerija Pubblika
Ħal Qormi                            Ġnien De La cruz
Ħal Qormi                            Ġnien Frederic Maempel
Paola                                   Pjazza Sant’Ubaldesca
San Ġwann                          L-Iskola Primarja
San Pawl il-Baħar                L-Iskola Primarja
Tas-Sliema                           Pjazza St Anna
Tas-Sliema                           L-Iskola Primarja
Tas-Sliema                           Ġnien Qui-Si-Sana
Tas-Sliema                           Triq Bisazza
Ta' Qali                                Ta'Qali – Park Nazzjonali
Ta' Qali                                Ta'Qali - Adventure Park
Il-Belt Valletta                      Librerija Nazzjonali
Il-Belt Valletta                      Pjazza San Ġorġ
Il-Belt Valletta                      Passports Office
Baħar iċ-Ċagħaq                  Baħar iċ-Ċagħaq Recreational Area
San Ġiljan                            Millennium Chapel
Rabat                                   Arkivji Nazzjonali
Il-Ġżira                                Activities Centre
Rabat (Victoria)                   Sir Mikelang Refalo Centre for Further Studies

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow