Left arrow Go Back

€2.9 MILJUN GĦAL 30 NGO BIEX IKOMPLU JWETTQU XOGĦOL FAVUR PERSUNI VULNERABBLI

pr0392
Date Icon 22/02/2012

30 NGO din is-sena qed jirċievu bejniethom kważi €2.9 miljun mill-Fond għall-NGOs imħaddem mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja. Dawn il-flus iservu bħala għajnuna finanzjarja sabiex l-NGOs ikomplu jwettqu xogħol favur eluf ta’ persuni u familji vulnerabbli.

Waqt ċerimonja li saret fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Famija Chris Said qal li mindu twaqqaf dan il-Fond kważi 18-il sena ilu, ingħataw kważi 29 miljun ewro f’għajnuna finanzjarja lil dan is-settur importanti.  L-għaqdiet li jibbenefikaw ivarjaw minn NGOs li jaħdmu fil-qasam tal-persuni b’diżabilità, li joffru kenn lill-vittmi ta’ vjolenza domestika, li joffru appoġġ għal ommijiet-tfajliet, jew appoġġ lil tfal u żgħażagħ li jaqgħu fil-vizzji tal-alkoħol u d-droga.

Il-Ministru Chris Said qal li f’Malta għandna numru impressjonanti ta’ għaqdiet volontarji li qed joffru diversi servizzi lill-komunitajiet tagħna fl-oqsma soċjali, ambjentali, edukattivi, sportivi u oħrajn. Hu fisser il-volontarjat bħala vokazzjoni u qal li x-xogħol u l-ammont kbir ta’ siegħat dedikati għall-volontarjat huma imprezzabbli u ma jistgħux jiġu kkalkulati jew ikkwantifikati fi flus.

Din is-sena l-allokazzjoni finanzjarja żdiedet b’aktar €400,000. L-għaqdiet li qed jibbenefikaw mill-NGO Fund huma 30 fosthom The Malta Autism Centre li qed jirċievu għajnuna finanzjarja għall-ewwel darba.

L-għaqdiet kollha li qed jibbenefikaw mill-NGO Fund huma dawn: Dar Merħba Bik, Dar Nazareth, Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Jean Antide Home, Dar Qalb ta’ Ġesu’, il-Moviment ta’ Kana, Caritas, ix-xelter tal-Caritas għan-Nisa, ix-xelter tal-Caritas għall-Irġiel, Dar Ġużeppa Debono, Dar il-Kaptan, Fondazzjoni Equal Partners, Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl, Fondazzjoni Wens, id-Day Care Centre Fra Diego, Fondazzjoni Inspire, il-Malta Guide Dogs Foundation, il-Muscular Dystrophy Group, St. Jeanne Antide Foundation,  Fondazzjoni Oasi, Osanna Pia Home, Paole Freire Institute, ir-Richmond Foundation, SAS Azzjoni Kattolika, SOS Malta, il-Victim Support Malta, il-YMCA, il-Fondazzjoni Arka, il-Fondazzjoni Millennium Chapel, il-Malta Autism Centre, u l-WAW Support Group.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow