Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA

pr0387
Date Icon 21/02/2012

Il-Gvern jipproponi li l-kunċett ta’ gwardjan għall-persuni b’diżabilita’ jidħol fil-liġijiet ta’ Malta


Il-Gvern qed jaħdem biex il-kunċett ta’ gwardjan għal persuni b’diżabilita’ jidħol fil-liġijiet ta’ Malta. Il-Gvern isostni l-impenn tiegħu li jkompli jaħdem biex is-soċjetà Maltija tkun waħda inklużiva, b'mod li l-persuni b'diżabilità permezz ta' opportunitajiet indaqs fl-oqsma kollha tal-ħajja jilħqu l-milja tagħhom bħala bnedmin li jgawdu minn kwalità ta' ħajja għolja.  B’kuntrast l-Oppożizzjoni Laburista qed tagħmel minn kollox biex tħawwad l-imħuħ kif joħroġ mill-istqarrija ppubblikata aktar kmieni mid-deputati Carmelo Abela u Justyne Caruana.

Dwar il-kunċett tal-gwardjan għall-persuni b’diżabilità, il-Gvern ippropona li l-Avukati Ġenerali jfisser għaliex kien qed jgħid li dan il-kunċett għandu jidħol fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili. Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kunsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġijiet li rreferew għaliha d-deputati Laburista, il-Gvern ippropona li l-Avukati Ġenerali jfisser għaliex kien qed jipproponi dan. Il-Gvern mill-ewwel wera li kien miftuħ għal kull possibilita’ u ried biss li tingħata spjegazzjoni waqt li qed isiru l-emendi għal diversi liġijiet li jirrigwardjaw il-persuni b’diżabilita’. Iżda l-kelliema tal-Oppożizzjoni, li la jemmnu fil-prinċipju tal-konsultazzjoni u wisq anqas tal-informazzjoni, ma ħallewx li jsir dan. 

Dawn il-fatti jxejnu għal kollox l-istqarrija tal-Oppożizzjoni Laburista u juru biċ-ċar li l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hu dak li tipprokrastina u tagħti l-gambetti – anki fejn jidħlu l-persuni b’diżabilita’.  Dan hu tal-mistħija.

L-Oppożizzjoni m’hi tagħmel xejn għajr li tipprova ttawwal.  L-Oppożizzjoni taf li fuq dan il-kunċett hemm qbil bejn kulħadd u ġie diskuss mal-istakeholders kollha diversi drabi. Dan kollu mhux ser jaqta’ qalb il-Gvern li se jkompli jaħdem biex il-kunċett ta’ gwardjan għal persuni b’diżabilità jidħol fil-liġijiet ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow