Left arrow Go Back

52 CHILD CARE CENTRE IĦADDMU 250 RUĦ U JILQGĦU 1,500 TIFEL U TIFLA

pr0377
Date Icon 21/02/2012

- Kumpaniji privati bdew joffru child-care għat-tfal tal-impjegati tagħhom
- Fi tliet snin in-nisa jaħdmu bi qliegħ żdiedu b’6,092

F’Malta hawn aktar minn 1,500 tifel u tifla fl-età taħt it-tliet snin li  jattendu fi 52 child-care centre imħaddma mill-Gvern, mill-privat, bi sħab inkella mill-Knisja. Bejniethom dawn joffru impjieg lil 250 ruħ. Erbgħa minn kull ħamsa minn dawn il-ħaddiema huma carers u jaħdmu mill-qrib mat-tfal.

Waqt żjara li għamel f’Mickey’s Child-Edu Care Centre li jinsab f’Bulebel, il-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said spjega li dawn il-faċilitajiet qed jgħinu biex aktar nisa joħorġu jaħdmu u jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-pajjiż, kif ukoll qed ikunu ta’ għajnuna u appoġġ għall-familji. Hu nnota li Mickey’s Child Edu-Care Centre qed jipprovdi servizz lill-ħaddiema taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Il-Ministru Said faħħar l-impenn ta’ kumpaniji privati li qed jifhmu l-importanza li ma jitilfux l-esperjenza u t-talent ta’ impjegati nisa wara li dawn isiru ommijiet u jibdew irabbu familja.  Dan qed jagħmluh billi saħansitra qed jipprovdu faċilitajiet ta’ child-care għat-tfal tal-impjegati tagħhom.  Iċ-child care centre Yoyo Kids se jipprovdi servizzi ta’ ħarsien għat-tfal tal-impjegati tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta filwaqt li PwC f’Ħal Qormi se joffri servizzi għat-tfal tal-impjegati tal-kumpanija Pricewaterhouse Coopers.  Dawn it-tliet child care centres huma fost 14-il ċentru privat li qed jirċievu għajnuna mill-Gvern b’fondi tal-UE biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom.

Il-Ministru Said qal li f’Settembru 2011 kien hemm 6,092 mara aktar taħdem milli f’Settembru 2008.  F’għaxar snin in-nisa li jaħdmu żdiedu b’aktar minn 10,000.  Madanakollu dan mhux biżżejjed u hu essenzjali għall-ekonomija li dawn ikomplu jiżdiedu. Hu għalhekk li l-Gvern qed jinvesti ħafna f’family friendly measures u qed iħeġġeġ lis-settur privat biex anki hu jibda jintroduċi u jħaddem miżuri li permezz tagħhom jattira aktar nisa u jżomm fl-impjieg lin-nisa li jsiru ommijiet.

Il-Ministru Said elenka wkoll diversi inizjattivi maħsuba biex iħeġġu aktar nisa jibqgħu jaħdmu jew jirritornaw fid-dinja tax-xogħol.

- Ġenituri li jaħdmu t-tnejn u li qed irabbu t-tfal, minn din is-sena qed jiffrankaw bejn €150 u €840 fis-sena fi tnaqqis fl-income tax bejniethom; 
- Il-leave tal-maternità din is-sena żdied minn 14-il ġimgħa għal 16-il ġimgħa. Is-sena d-dieħla se jiżdied għal 18-il ġimgħa. Il-Gvern se jħallas lill-ommijiet li jieħdu l-maternity leave kemm jekk jaħdmu mal-gvern kif ukoll jekk jaħdmu fis-settur privat;
- Ommijiet li jibqgħu jaħdmu wara li jkollhom it-tfal igawdu minn tax holiday. Skemi oħra ta’ tnaqqis fl-income tax japplikaw ukoll għal nisa li jirritornaw għax-xogħol. Minn dawn l-iskemi diġà gawdew 8,600 familja;
- Ġenituri li jibagħtu lil uliedhom f’faċilitajiet privati tal-kindergarten jistgħu jnaqqsu €1,300 fis-sena mill-kalkulazzjoni tat-taxxa tad-dħul.

Il-Ministru Said semma  li matul it-tliet snin li għaddew 14-il child care centre privat jew tal-Knisja investew madwar €742,000 sabiex jiftħu jew itejbu l-faċilitajiet li joffru.  Il-Gvern qed jgħinhom permezz ta’ skema ta’ għajnuna taħt il-proġett ERDF 136: The Regeneration of Child Care in Malta li tammonta għal nofs miljun Ewro b’fondi mill-Unjoni Ewropea.  Hu qal li dawn iċ-child care centres kollha qed jibbenefikaw minn din l-għajnuna għaliex qed jiżguraw kwalità fis-servizz li qed joffru billi jimxu mal-istandards nazzjonali għat-tmexxija ta’ ċentri ta’ dawn it-tip. Fakkar ukoll li f’dawn l-aħħar erba’ snin il-Gvern fetaħ 16-il child-care centre f’lokalitajiet differenti u qed issir ħidma biex fiż-żmien li ġej jinfetħu erba’ ċentri oħra. 

Iċ-child care centres privati li qed igawdu mill-għajnuna tal-Gvern u l-UE taħt il-proġett ERDF 136 huma dawn:   Child Jesus Edu-Care Centre, Mickey’s Child Edu-Care Centre (Ħamrun u Bulebel), Pyramids Child Care Centre, Teddies Childcare Centre, PwC, Bright Sparks, Jugs Malta Ltd – Yo Yo Kids, ICT Ltd/Ladybird Lane, BeeSmart Child Care, My Day Care, Stepping Stones, Sam Sam Childcare Centre u Little Munchkins.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow