Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-INTERN U AFFARIJIET PARLAMENTARI

pr0374
Date Icon 20/02/2012

Il-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, Carm Mifsud Bonnici, jinnota b’sodisfazzjon il-ħidma li twettqet mill-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar ġimgħa f’diversi oqsma.

Fil-fatt matul il-jum tal-Ħadd u fil-jiem ta’ qabel, il-pulizija ressqet b’urġenza quddiem il-Qrati tmien persuni akkużati b’diversi reati, li jinkludu serq minn residenza f’Raħal Ġdid, serq ta’ ġojjellerija minn fuq persuni anzjani, serq minn knejjes, serq ta’ karozzi u flus minn ATM ta’ bank lokali, u sewqan ta’ vetturi mingħajr liċenzja u taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku. Il-Pulizija żammet ukoll taħt arrest lil ħames persuni in konnessjoni ma’ pussess u traffikar ta’ droga kokaina, ecstasy u amfetamina.  Uħud minn dawn il-każijiet ġew solvuti wara xhur ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet intensivi, kif ukoll permezz ta’ kordinament bejn id-diversi sezzjonijiet tal-Korp. Każijiet oħrajn ġew solvuti direttament minħabba l-preżenza effettiva ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu fuq il-beat viċin il-post fejn kien qed jitwettaq ir-reat.

F’dan kollu kienu żgur determinanti, l-ewwel, il-koperazzjoni u l-informazzjoni li l-pubbliku kontinwament jgħaddi kif ukoll il-preżenza ta’ membri tal-Korp fis-sezzjonijiet varji tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow