TIFTAĦ B’SUĊĊESS L-ISKEMA TAL-FIDI TAĊ-ĊNUS TA’ ART RESIDENZJALI TAL-GVERN
Illum reġgħet infetħet l-iskema tal-fidi taċ-ċnus sabiex kull minn għandu ċens temporanju fuq proprjetà residenzjali tal-Gvern, ikun jista’ japplika biex jifdi ċ-ċens tiegħu b’rati favorevoli u vantaġġjużi. L-iskema qajmet interess qawwi u l-Uffiċċju Konġunt diġà beda jilqa’ numru sostanzjali ta’ applikazzjonijiet.
L-iskema kienet ġiet sospiża temporanjament fl-2009 sabiex ikun jista’ jinħadem il-back-log li nħoloq frott is-suċċess tal-istess iskema. L-iskema mħabbra fl-2001, kienet qajmet interess kbir u filfatt kienu daħlu 5,500 applikazzjoni. Fl-2009, il-back-log beda jiġi indirizzat u b’hekk kien żdied l-output tal-Uffiċċju Konġunt sabiex dan ikun jista’ jaħdem aktar ħalli jeħles l-applikazzjonijiet li kienu waqgħu b’lura. Illum il-back-log naqas u fadal biss madwar elf applikazzjoni x’jiġu pproċessati.
Fl-aħħar sena nfdew 430 ċens, u b’hekk dawn il-familji saru sidien ta’ djarhom. L-iskema li fetħet illum se tibqa’ miftuħa għal sitt xhur sħaħ u l-applikazzjonijiet kollha se jiġu pproċessati meta tagħlaq id-data tal-għeluq.
Kull min hu interessat li japplika jista’ jew jidħol fis-sit elettroniku www.gpd.gov.mt u jniżżel l-applikazzjoni minn hemm, jew imur direttament fl-Uffiċċju Konġunt fi ħdan it-Taqsima Propjetà tal-Gvern, f’Auberge de Baviere, Triq San Sebastjan, il-Belt Valletta.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en