IPPROTEGI RUHEK MILL-PERIKLI LI GGIB MAGHHA L-KESHA
Il-Ministeru ghas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jenfasizza l-bzonn li kulhadd jiehu hsieb li jzomm ruħu sħun matul ix-xhur kiesħin tax-xitwa. Temperaturi baxxi jistgħu jkunu ta’periklu għall- anzjani, trabi, tfal żgħar u persuni li qed ibagħtu b’xi kundizzjoni kronika.
Matul dawn il-jiem u anke waqt l-ahhar sieghat kienu diversi l-persuni li kellhom bzonn assistenza medika minhabba kazi ta’ hypothermia.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa mportanti li:
• Wieħed jevita kemm jistaq jkun li joqgħod fil-kesħa.
• Iżomm l-ambjent fejn ikun sħun. Il-bini għandu jkun insulat mill-kesħa, u purtieri, twieqi u bibien magħluqa jnaqqsu l-bżonn ta’sħana addizzjonali biex tinżamm temperatura adegwata fil-kmamar.
• Wieħed għandu jaċċerta ruħu illi jkollu heaters u anki riserva ta’ fuel għal dawn. Fjammi miftuħa għandhom jiġu miżmuma ‘l-bogħod minn materjal li jista’ jieħu n-nar bħal purtieri, għamara u ħwejjeġ.
• Hu aħjar li wieħed jilbes diversi saffi ta’ħwejjeġ minflok saff wieħed oħxon.
• Meta wieħed joħroġ barra, għandu jilbes xi għata mar-ras (bħal beritta jew kappell) u/jew xalpa.
• Wieħed għandu regolarment jixrob xarbiet sħan u jiekol mill-anqas ikla waħda sħuna matul il-ġurnata. Li wieħed jiekol regolarment jgħin biex iżomm livell t’enerġija għoli matul ix-xitwa.
• Wieħed għandu jiċċekkja regolarment lill-anzjani u persuni li jbatu minn kondizzjonijiet kroniċi.
• Wieħed għandu kemm jista’ jkun jżomm ruħu attiv. Persuni li jbatu minn kundizzjonijiet ta’ mard tal-qalb għandhom pero` jevitaw taħbit fiżiku f’temperaturi baxxi.
• Sintomi ta’ hypothermia huma: tkexkix ta’ bard kontinwu, għejja u nuqqas t’enerġija, ġilda kiesħa u pallida u f’każi serji anki stat konfuzjonarju, polz debboli u li wieħed jista’ jintilef minn sensieħ.
• F‘każ ta’ dubju wieħed għandu jikkonsulta ma’ tabib.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en