Left arrow Go Back

AKTAR ORGANIZZAZZJONIJET MALTIN JINGĦATAW PROPJETA’ PUBBLIKA

pr0352
Date Icon 18/02/2012

Il-Malta Red Cross hija waħda mill-organizzazzjonijiet li qed tingħata propjeta’ pubblika mill-Gvern Ċentrali.  Dan wara li għaddiet rizoluzzjoni b’mod unanimu mill-Parlament sabiex 15-il għaqda  jingħataw art pubblika mill-Gvern.

F’ċerimonja li saret dalgħodu bejn rappreżentanti tal-Malta Red Cross u l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, ġie ffirmat kuntratt ta’ ħmistax-il sena b’kirja nominali. Il-Ministru Azzopardi saħaq illi organizzazzjoni bħalma hi dik tal-Malta Red Cross għandha jkollha post addattat u xieraq minn fejn tkun tista’ topera u toffri s-servizzi tagħha.

Is-Sur Robert Brincau, Director of Operations tal-Malta Red Cross, spjega li bħalissa l-organizzazzjoni għandha fi ħdanha ‘il fuq minn 400 membru, u mal-50 voluntier li  l- eta tagħhom tvarja bejn is-16 u s- 70 sena.

“Pajjiżna huwa  kburi li jħaddan fih nies daqstant dedikati għall-volontarjat. Dan iwassal għall-ġid kommuni fost il-kommunita Maltija u Ghawdxija.”, saħaq il-Ministru Azzopardi.

Il-propjeta’ li tkejjel 1616 metru kwadru, issa se tinbidel f’ċentru ewlieni minn fejn tkun tista’ topera il-Malta Red Cross. Iċ-ċentru se jkun qed  jilqa’ fih diversi setturi fosthom id-dipartiment tal-Ambulanzi. Il-post se jservi wkoll bħala ċentru ta' taħriġ għall- voluntiera kollha kif ukoll se jigu organizzati diversi sessjonijiet ta’ tahrig tal-First Aid għall-pubbliku in generali.

Il-Malta Red Cross bħalissa għandha seba' ambulanzi li bihom tassisti lid-Dipartiment tas-Saħħa kemm f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kif ukoll f'avvenimenti oħra li jkunu ppjanati.

Is-Sur Brincau qal li l-organizzazzjoni ingħatat karrozza tal-linja minn Transport Malta sabiex din tinbidel f'mobile clinic u b’hekk tifforma  parti mid-dipartiment tal-kura tas-saħħa li tħaddan fiha l-Malta Red Cross. Il-Ministru Azzopardi laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar u saħaq illi din se ssarraf f’ġid ta’ aktar riżorsi utli għall-istess organizzazzjoni.

Ir-Red Cross tarma wkoll kliniċi oħra  li jistgħu jilqgħu fihom sa 120 sodda, kif ukoll tassisti lid-dipartiment tal-Protezjoni Ċivili, kif ukoll lid-dipartiment tal-Water Rescue permezz ta’żewġ dgħajjes u dak tal-Land Rescue b'erba' vetturi oħra.

Is-Sur Brincau spjega wkoll li bħalissa, il-Malta Red Cross għandha applikazzjoni pendenti mal-MEPA sabiex tibni struttura oħra li fiha eventwalment jinbnew diversi garaxxaijiet kif ukoll kmamar li fihom isir taħriġ lill-voluntiera. B’kollox dan l-investiment se jiswa madwar nofs miljun ewro. L-Ministru Azzopardi qal li l-għotja ta’ din il-propjeta’ se jkun strumentali sabiex il-Malta Red Cross tkabbar l- investiment tagħha.

Fl-aħħarnett il-Ministru Azzopardi rringrazzja lill-volontiera għax-xoghol siewi li kontinwament iwettqu b’mod speċjali rringrazzjahom għall-għajnuna li taw fl-operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Libya, kif ukoll awgura lill-Malta Red Cross sabiex permezz ta’ din il-propjeta’, tkun tista’ taqdi aħjar il-funzjonijiet tagħha għall-ġid tal-volontarjat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow