STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA - Il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma applikax għal skemi tal-Gvern ta’ €8 miljuni biex jirranġa l-Housing Estate
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta ma applikax biex jingħata fondi mill-Awtorità tad-Djar biex jirranġa l-Housing Estate tal-Mosta u biex jirranġa l-partijiet komuni tal-flats tal-Gvern. Dawn huma skemi ta’ benefiċċju għar-residenti, madanakollu l-Kunsill Lokali tal-Mosta ma applikax biex jieħu fondi minnhom.
Il-Gvern permezz tal-Awtorità tad-Djar, stieden lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex japplika għall-fondi biex itejjeb fost l-oħrajn l-ambjent tal-Housing Estate Ta’ Mlit fil-Mosta, madanakollu l-Kunsill tal-Mosta qatt ma applika għall-iskemi. Il-Gvern ħareġ skema b’valur ta’ €8 miljun, li qed jiġu allokati lill-Kunsilli Lokali.
F’Settembru 2010, l-Awtorità tad-Djar għamlet laqgħa għas-Sindki kollha biex tispjega l-benefiċċji għar-residenti. Is-Sindku tal-Mosta la attenda għal din il-laqgħa u lanqas bagħat rappreżentant tiegħu. Minħabba li l-Mostin ma kienux rappreżentati f’din il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar talab li ssir laqgħa mas-Sindku fl-uffiċċju tas-Sindku stess fil-Mosta. Is-Sindku ħalla lill-Kap Eżekuttiv siegħa u nofs jistenna dakinhar li kellha ssir il-laqgha bejniethom.
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta xorta waħda ma applikax biex jagħmel użu mill-fondi li l-Gvern qed jalloka lill-Kunsilli Lokali biex jirranġaw il-Housing Estates għar-residenti.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en