RINGRAZZJAMENT LILL-MEMBRI TAL-KORP TAL-PULIZIJA
Il-Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari, jixtieq jirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu involuti l-immiġġjar tat-traffiku matul it-toroq arterjali ta’ pajjiżna matul l-aħħar tlett ijiem.
Il-Ministru Carm Mifsud Bonnici juri l-apprezzament għall-ħidma siewja ta’ dawn il-membri tal-Korp, partikolarment dawk tas-Sezzjoni tat-Traffiku, li f’ċirkostanzi xejn faċli kkaratterizzati minn maltemp, temperaturi baxxi aktar mill-medja u xita kważi kostanti, kienu barra fit-toroq biex iżommu ‘l pajjiż miexi filwaqt illi jnaqqsu l-perikolu li seta jinħoloq minħabba dan il-maltemp. Dan ukoll huwa rifless fil-fatt li ma seħħew ebda inċidenti tat-traffiku serji minkejja n-nuqqas ta’ viżibilità u l-ilmijiet li seta kien hemm fit-toroq.
Il-Ministeru jisħaq fuq fl-importanza li kullħadd isuq bil-galbu meta t-toroq ikunu imxarrbin. Dan sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu iwasslu għal korriment, kif ukoll biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku li tista’ tista tinħoloq meta jseħħu inċidenti tat-traffiku żgħar f’toroq arterjali waqt ir-rush hour ta’ filgħodu u filgħaxija.
Il-Ministeru għalhekk iħeġġeġ lill-pubbliku biex ikompli jsegwi d-direzzjonijiet tal-Pulizija u jsuq b’kawtela speċjalment f’kundizzjonijiet ta’ maltemp.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en