STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA, KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U L-FAMILJA
Reġistrat progress fl-MCESD
B’referenza għall-istqarrija tal-FORUM dwar it-talba tiegħu biex jissieħeb fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u dwar l-ittra mibgħuta mill-uffiċjali tiegħu lill-Gvern fl-20 ta’ Lulju li għadda.
Il-FORUM jaf li sa minn dakinhar ‘l hawn kien hemm żvilupp importanti. Fl-aħħar laqgħa tal-MCESD kien reġistrat qbil bejn l-imsieħba soċjali sabiex il-grupp ta’ ħidma dwar it-tibdil fil-kompożizzjoni tal-MCESD jingħata l-inkarigu biex jiddiskuti u jfassal parametri dwar kif għandhom jiġu ttrattati talbiet għal sħubija fl-istess MCESD. Dan l-iżvilupp jitqies importanti għaliex sa ftit tax-xhur ilu fl-MCESD ma kienx hemm kunsens dwar x’għandu jiġri meta jkun hemm talbiet minn organizzazzjonijiet oħra biex jissieħbbu fi ħdanu. Barra minn hekk, dan l-iżvilupp seta’ jkun possibbli grazzi għad-djalogu u l-ħidma persistenti u persważiva tal-Gvern.
Il-Gvern itenni l-pożizzjoni tiegħu li se jibqa’ jistinka biex tinstab soluzzjoni li permezz tagħha unions u għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fid-djalogu soċjali, jkunu jistgħu jagħmlu dan fi strutturi eżistenti u differenti. Din is-soluzzjoni tista’ tinstab biss bid-djalogu u b’ħidma bil-għaqal bejn il-partijiet kollha involuti sabiex jintlaħaq il-kunsens meħtieġ fost l-imsieħba soċjali rappreżentati fl-MCESD, li meta twaqqaf kien sar wara process wiesgħa ta’ diskussjoni u b’kunsens.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en