Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOREVOLI CHARLÒ BONNICI F’ “JUM IL-ĦAJJA”

pr0238
Date Icon 05/02/2012

Qabel xejn xtaqt nirringrazzja lill-Moviment Malti dwar it-Tarbija li se Titwieled (MMTT) (il-Malta Unborn Child Movement - MUCM) li għal sena oħra qed jorganizza din iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ħajja. Il-Moviment, li twaqqaf fl-2004 u hu magħmul minn 45 organizzazzjoni, jaħdem favur id-drittijiet, id-dinjita’, il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-ħarsien tat-trabi li se jitwieldu.

X’aħna niċċelebraw illum?  Qed niċċelebraw il-ħajja.  Qed niċċelebraw id-dritt ta’ tarbija li tkun ilha f’ġuf ommha għal ftit xhur, għal ftit ġimgħat, għal ftit jiem, saħansitra għal ftit sigħat, li tkompli tgħix u li titwieled.  Mhux biss li tgħix.  Iżda li tgħix kwalita’ ta’ ħajja tajba u li jkollha l-opportunita’ li titwieled.

Ċelebrazzjoni bħal din tista’ titqies bħala ‘ċelebrazzjoni oħra’ li bħalhom isiru ħafna. Fl-opinjoni tiegħi din m’hijiex ċelebrazzjoni kwalunkwe.

Jiena nistqarr li kull tant żmien irridu nagħmlu ċelebrazzjoni bħal din biex intennu l-impenn tagħna li naħdmu favur il-ħajja; li nirrispettaw il-ħajja sa mill-konċepiment; li nħallu l-ħajja tieħu l-kors tagħha anki jekk nindunaw b’xi difett; u li nħallu l-ħajja tilħaq il-milja anki jekk dik hi riżultat ta’ żball li nkunu wettaqna. Dan kollu m’għandniex nagħmluh biss bil-fomm.  Iżda bil-fatti.  Bid-deċiżjonijiet li nieħdu.

L-istat iħares il-ħajja tat-trabi mhux imwielda b’diversi modi. Malta hi wieħed mill-ħames jew sitt pajjiżi fid-dinja fejn l-abort hu illegali.  Hu illegali mhux għax nieħdu gost inkunu differenti, biex inkunu differenti, iżda għaliex nemmnu fil-ħajja u dak il-prinċipju inħaddnuh u ma niddejqu xejn niddefenduh.

Madanakollu mhux biżżejjed li l-abort ma jkunx legali.  Ħafna riċerka u studji jitfgħu dawl fuq l-importanza ta’ ambjent san u tajjeb għal tarbija f’ġuf ommha. Jinħtieġ li nipproteġu lit-trabi minn abbuż li jista’ jseħħ qabel it-twelid.  It-tipjip, ix-xorb ta’ alkoħol, l-użu ta’ sustanzi u drogi meta omm tkun tqila - dak ukoll huwa forma ta’ abbuż.

Għalhekk importanti l-edukazzjoni sa minn eta’ żgħira: l-edukazzjoni biex anki ommijiet żgħażagħ ikunu kapaċi jagħmlu l-aħjar għażliet fl-interess ta’ wliedhom li jkunu għadhom ma twieldux. Jinħtieġ li bħala leġislaturi nkunu wkoll pro-attivi biex inħarsu lill-ġenituri li jkun se jkollhom tarbija.  B’hekk nassigurawlhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar li minnu jgawdu t-trabi li jkunu għadhom ma twieldux.

Ilkoll nafu li x-xogħol iġib miegħu ċertu ammont ta’ stress.  U l-istress la hu tajjeb għall-adulti, u wisq anqas għall-ommijiet tqal jew għat-trabi li jkunu għadhom ma twieldux. Kien għalhekk li matul is-sena li il-Gvern ħareġ tliet Avviżi Legali differenti li kollha jindirizzaw dan il-punt.

 ommijiet li jkunu tqal, u li jkunu għadhom fuq probation fil-post tax-xogħol tagħhom, issa huma mħarsa minn Avviż Legali li jassigura li dawn ma jistgħux jitkeċċew mix-xogħol mingħajr raġuni valida u bil-miktub;

 matul il-perjodu tat-tqala, kif ukoll sa sena wara t-twelid tat-tarbija, omm ma tistax tkun obbligata tagħmel sahra;

 il-leave tal-maternita’ żdied minn 14-il ġimgħa għal 18-il ġimgħa fuq perjodu ta’ sentejn. L-ewwel ġimgħatejn daħlu b’mod immedjat fl-2012. It-tieni perjodu ta’ ġimgħatejn se jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.

B’dawn l-inizjattivi, u oħrajn li qed nieħdu f’pajjiżna, qed nassiguraw kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-ġenituri u għal uliedhom li jkunu għadhom ma twieldux.

Iva sinjuri. Nemmnu fil-ħajja u ma niddejqu xejn nistqarru b’konvinzjoni li aħna rridu nibqgħu nipproteġu l-ħajja u nassiguraw kwalita’ ta’ ħajja aħjar għal uliedna kollha – kemm dawk li twieldu kif ukoll dawk li għadhom ma twieldux.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow