Left arrow Go Back

AKTAR MINN 600 ŻAGĦŻUGĦ/A JIPPARTEĊIPAW FIL-KUNSILLI LOKALI ŻGĦAŻAGĦ ORGANIZZAT MINN AĠENŻIJA ŻGĦAŻAGĦ

pr0232
Date Icon 04/02/2012

Opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenzi u ħiliet ġodda

Il-Gvern qiegħed jagħti aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ Maltin biex jiksbu esperjenzi u ħiliet li jgħinuhom jilħqu l-milja tagħhom fil-ħajja, inkluż fid-dinja tax-xogħol, permezz ta’ diversi programmi ta’ edukazzjoni mhux formali immexxxija minn Aġenżija Żgħażagħ. Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport meta dalgħodu żar Ġnien de la Cruz f’Ħal Qormi, wieħed mit-tlett ġonna pubbliċi f’Ħal Qormi li sarilhom titjib skont l-ideat taż-żgħażagħ tal-lokal li ħarġu mill-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ organizzat u ffinanzjat mill-Aġenżija Żgħażagħ.

Dan il-proġett li kien wieħed mit-tlett proġetti rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-programm Kunsill Lokali Żgħażagħ kien jikkonsisti f’titjib ta’ tliet ġonna ewlenin f’Ħal Qormi li huma Ġnien de la Cruz, Ġnien Fredrick Maempel u Ġnien Bertu Hyzler fejn fi tnejn minn dawn il-ġonna ġie installat il-wifi li jagħti aċċess liz-żgħażagħ għad-dinja tal-internet anke waqt li qegħdin barra.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli tenna li dan il-programm flimkien ma’ programmi oħra ta’ Aġenzija Żgħażagħ qed jiffaċilitaw it-transizzjoni taż-Żgħażagħ mill-bankijiet tal-iskola għad-dinja tax-xogħol billi qed tagħti opportunità liż-żgħażagħ jitħarrġu u jiksbu ħiliet fil-ħsieb, fl-azzjoni u fit-tmexxija, ħiliet meqjusa essenzjali għal diversi sferi tal-ħajja.

Is-Segretarju Parlamentari żvela kif mill-bidu tiegħu, jiġifieri fi 3 snin, dan il-proġett diġa ra l-parteċipazzjoni ta’ 610-il żagħżugħ u żagħżugħa u madwar 40-il kunsill lokali. Iż-żgħażagħ li jipparteċipaw fil-Kunsill Lokali Żgħażagħ jingħataw taħriġ fit-tmexxija u opportunità biex jiddiskutu l-lokal tagħhom u biex iwettqu tibdiliet. Fl-aħħar jissottomettu l-proġetti tagħhom u l-proġetti rebbieħa jitwettqu b’kofinanzjament mill-Gvern.

Matul din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari nieda wkoll is-sit uffiċjali ta’ Aġenzija Żgħażagħ li għarfet l-importanza li ż–żgħażagħ jagħtu lid-dinja online. Huwa tenna li s-siti eletroniċi huma wieħed mill-akbar fonti ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ Maltin. Hu fakkar kif is-sena li għaddiet Aġenzija Żgħażagħ kienet nidiet portal ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ li l-għan tiegħu hu li tingħata informazzjoni korretta u aġġornata. Fl-aħħar sena permezz ta’ dan il-portal ġew offruti madwar 190–il opportunità jew attività għaż-żgħażagħ, kien hemm madwar 11,000–il viżitatur li minnhom  5,000 viżitatur żar dan il-portal għal aktar minn darba. 

L-Onor Puli spejga kif f’Ottubru li għadda ġew mnieda 13-il fuljett ta’ informazzjoni li huma żgur utli għaż-żgħażagħ, fejn dawn jirriflettu l-informazzjoni li hemm fil-Portal stess.  Kemm il-Portal kif ukoll il-fuljetti għandhom informazzjoni dwar erbatax-il suġġett relatati maż-żgħażagħ. Dawn is-suġġetti jinkorporaw informazzjoni dwar l-edukazzjoni, l-familja u r-relazzjonijiet, il-flus, il-qasam tad-djar, ix-xogħol, il-kultura u l-ħin liberu, l-ambjent, l-Ewropa, l-liġijiet, id-drittijiet u r-responsabiltajiet, il-parteċipazzjoni u l-volontarjat, is-saħħa, l-isport u t-trasport u l-ivvjaġġar.

Fi tmiem din l-attività l-Onor Puli ipprezenta s-somma ta’ €10,000 lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għat-twettieq ta’ dan il-proġett filwaqt li wiegħed l-appoġġ tiegħu biex flimkien mal-Kunsilli Lokali jkompli jaħdem għall-ġid taż-żgħażagħ Maltin.

Preżenti għall-din l-attività kien hemm is-CEO ta’ Aġenżija Żgħażagħ; is-Sindku u Kunsilliera ta’ Ħal Qormi u membri tal-Kunsill Lokali Żgħażagħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow