Left arrow Go Back

AKTAR XOGĦOL TA’ RESTAWR FIL-BINI TAL-BIBLIJOTEKA NAZZJONALI

pr0220
Date Icon 02/02/2012

Wara li f’dawn l-aħħar snin sar xogħol estesniv ta’ restawr tal-faċċata u l-portiku tal-Biblijoteka, jinsab għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq il-bini minn ġewwa.

Waqt żjara li saret mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, ġie spjegat li x-xogħol fuq ġewwa jikkonsisti fost oħrajn f’xogħol fuq arma ta’ żmien l-Ingliżi, tindif u manutenzjoni tas-suffett, restawr ta’ numru ta’ kmamar, restawr tal-ixkafef tal-kotba  u xogħol ta’ restawr fuq il-ħitan tat-taraġ u balavostri fl-entratura tal-Biblijoteka.

Il-Gvern fl-aħħar snin telaq bi programm biex jirrestawra fost oħrajn erbgħa mill-ġojjelli prinċipali li nsibu fil-Belt Kapitali; dawn huma l-Berġa ta’ Kastilja, il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Biblijoteka Nazzjonali, u l-Katidral ta’ San Ġwann. Apparti dawn fil-Belt Kapitali sar xogħol ta’ restawr fuq numru ta’ kapelli fosthom dik ta’ Santa Katarina tal-Italja, il-Victoria Gate, u programm estensiv ta’ restawr ta’ Swar fost oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow