Left arrow Go Back

KTIEB DWAR L-ISTORJA TAL-KUNSILL ĊIVIKU GĦAL GĦAWDEX GĦALL-BEJGĦ MID-DOI

PR0204
Date Icon 31/01/2012

Il-ktieb The Gozo Civic Council: the story of a regional government jista’ jkun akkwistat mill-ħwienet tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Miktub mill-pinna ta’ Mons. Joseph Bezzina, dan hu l-ewwel ktieb ta’ storja dwar il-Kunsill Ċiviku għal Għawdex.  Il-ktieb jittratta l-mixja lejn l-akkwist ta’ kunsill reġjonali responsabbli mill-affarijiet interni ta’ Għawdex, il-ħidma tal-Kunsill Ċiviku sa mit-twaqqif tiegħu permezz ta’ Ordinanza XI fl-14 ta’ April 1961, u jelenka d-diversi proġetti u inizjattivi li ttieħdu minn din l-istruttura tul is-sittinijiet sakemm kienet abolita fl-1971.

Il-ktieb, li kien ippubblikat f’Jannar li għadda, jiswa €15.  Dan hu l-aktar inizjattiva riċenti meħuda minn kumitat immexxi minn Anton Tabone maħsuba biex ifakkru t-twaqqif tal-Kunsill Ċiviku għal Għawdex. Matul l-2011 ittellgħu numru ta’ attivitajiet, inkluż konferenza bis-sehem tal-President ta’ CIVEX Luc Van den Brande.

Il-ktieb jista’ jinkiseb minn 3, Pjazza Kastilja, Valletta jew mill-Banca Giuratale, Pjazza Indipendenza, ir-Rabat Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow