Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

PR0201
Date Icon 31/01/2012

L-Oppożizzjoni tinjora fatti reali dwar is-settur ambjentali

B’referenza għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli Leo Brincat, li tirreferri għall-Environmental Performance Index Report maħruġ mill-Universita’ ta’ Yale, il-Gvern jinnota li r-rapport jagħmel ranking ta’ 132 pajjiżi bbażżat fuq 22 indikatur ambjentali fosthom is-saħħa, l-ilma, l-emissjonijiet, il-biodiversità, il-foresti, is-sajd, l-agrikultura u l-bidla fil-klima. Il-pajjiżi huma mniżżla skont żewġ gruppi ta’ indikaturi: analiżi ta’ performance indicators u trend environment performance index li janalizza trends ambjentali fl-aħħar għaxar snin. Jekk l-Oppożizzjoni se tieħu dan ir-rapport bħala kejl tal-qagħda ambjentali ta’ pajjiżna allura naqset milli issemmi li fil-kuntest ta’ trends ir-rapport juri li Malta qiegħda f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi oħra Ewropej bħal Ċipru, l-Estonja, il-Polonja u l-Litwanja kif ukoll il-Lussemburgu li huwa meqjus bħala pajjiż avvanzat fil-qasam ambjentali. Ir-rapport juri li fl-aħħar għaxar snin, ir-rata ta’ titjib tas-settur ambjentali ta’ pajjiżna żdied b’mod konsistenti u b’rata ogħla minn ta’ bosta pajjiżi oħra anke jekk huwa minnu li jekk wieħed iħares lejn ir-ranking ġenerali ta’ Malta f’dan ir-rapport, isib li Malta tinsab kważi fin-nofs tal-lista ta’ 132 pajjiż.

 L-istqarrija tal-Oppożizzjoni tinjora għal kollox l-istatistika u r-rapporti tal-Unjoni Ewropea li fost oħrajn jinkludu informazzjoni relevanti bħal dik fir-rapport annwali tal-European Environment Agency fuq il-kwalita’ tal-ilma tal-għawm. Dan ir-rapport juri li filwaqt li l-kwalità tal-ilma għall-għawm madwar l-Ewropa naqset bejn l-2009 u l-2010, Malta ġiet ikklasfikata fost il-pajjiżi li l-aktar għamlu progress f’dan il-qasam ambjentali. Fil-fatt ir-rapport juri li Malta għandha 95.4% tal-ilma tal-għawm li huwa ta’ kwalità tajba u fil-fatt hija t-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-aħjar kwalità tal-ilma għall-għawm. L-Oppożizzjoni tinjora wkoll il-proċess li qed iwettaq il-Gvern biex titfassal Politika Nazzjonali Ambjentali bil-fuq minn 200 proposta immirati lejn it-tisħiħ tal-qasam ambjentali. Din il-politika qed titfassal wara proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni u għandha l-għan li tindirizza l-isfidi ambjentali filwaqt li tibni fuq ir-riżultati miksuba. Dan għaliex il-Gvern huwa impenjat li jkompli jwettaq politika għas-settur ambjentali bbazzata fuq fatti reali u l-konsultazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow