Left arrow Go Back

IL-LOKALITAJIET TAL-ISLA U L-GHARGHUR JIBBENEFIKAW BEJNIETHOM MINN TLIET GHOTJIET TA’ ART PUBBLIKA

PR0189
Date Icon 28/01/2012

Fi tliett ċerimonji separati li saru dalgħodu ġewwa l-Isla u l-Għarghur, Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi għadda b’kera f’isem il-Gvern; maħżen li jinsab  fis-swar f’Misraħ Ġorġ Mitrovich lill-Paroċċa tal-Isla, sit f’ St Michael’s ditch lis-Senglea Historical Society kif ukoll devoluzzjoni ta’ Searchlight Battery li tinsab fi Triq Għaxqet l-Għajn fil-Għarghur lill-Kunsill Lokali tal-Gharghur.

Waqt li kien qed jiġi akkumpjanat iżur il- maħzen, il-Ministru Azzopardi feraħ lill-Arċipriet  tal-Isla, ir-Rev. Joe Grech tax-xogħol siewi li diġa qed jitwettaq f’dan il-post mill-Kummissjoni Festa tal-Parroċċa: “ Huwa ta’ pjacir għalija li nara fostna, dilettanti tal-festa b’mod partikolari żgħażagħ illi jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom għall-ġid tal-paroċċa kif ukoll għall-festa tal-Isla ”, saħaq il-Ministru. 

Il-Kumitat se jkun qed jamministra din il-binja billi juża’ primarjament bħala maħżen għall-festa. Il-maħżen li fis-snin l-imgħoddija kien jintuża bħala stamperija tat-Tarzna, se jkun qed jiġi wżat ukoll bħala post fejn isir xogħol ta’ manutenzjoni, jinbnew statwi ġodda, kif ukoll isir restawr ta’ statwi.

Huwa ppjanat ukoll li jitellgħu xi wirjiet u eżebizzjonijiet  sabiex il-post ikun iservi bħala attrazzjoni fost it-turisti, li minn naha tagħhom ikunu jistgħu jżuru l-maħzen u jaraw ix-xogħol li jkun qed isir dak il-ħin stess.

Filwaqt li rringrazzja lill-Ministru ta’ din l-għotja, l-Arċipriet tal-Isla ir-Rev Joe Grech, saħaq illi l-parroċċa se tkun qed taħdem fil-qrib mal-kumitat sabiex dan il-maħzen ikun jista’ jiġi esebit bħala vetrina tal-lokal.

Waqt li kienu qed iżuru is-sit f’St Michael’s ditch, is-sur Joe Abela, President tas- Senglea Historical Society spjega lill-Ministru Azzopardi kif dan il-post se jkun qed jiġi wżat bħala uffiċċju u post fejn jiltaqgħu l-membri ta’ din is-Soċjeta sabiex din tkun tista’ taqdi aħjar il-funzjonijiet tagħha. Il-Ministru Azzopardi laqa’ b’entużjażmu l-inizjattiva tal-istess soċjeta’ illi fil-futur qed tippjana li toħrog pubblikazzjoni intensiva dwar l-istorja tal-Isla li tibda mill –medju evu saż-żminijiet tal-llum. Il-Ministru tenn illi : “Sit storiku bhal dan jixraqlu li jkun miżmum u apprezzat minn din is-soċjeta’ li għandha fl-interess tagħha l-ewwel u qabel kollox, il-partimonju Malti”.

 Il-kirja taż-żewg postijiet qiegħda ssir għal żmien ta’ ħmistax-il sena.  Il-kirja hi ta’ €200 fis-sena.

Il-Ministru Azzopardi dalgħodu wkoll għadda devoluzzjoni ta’ Searchlight Battery lill-Kunsill Lokali tal-Għarghur . L-għan tal-Kunsill Lokali hu li jiżviluppa dan is-sit f’attrazzjoni turistika. Il-Ministru Azzopardi sahaq illi: ” Inizjattiva bhal din żgur se tkun qed isservi għat-tkattir tat-turiżmu u promozzjoni aqwa u akbar ghal Malta.”

Il-Kunsill se jkun ukoll obbligat li jgħaddi parti minn din il-propjeta lis-Soċjeta Maltija tal-Astronomija . Is-Sindku tal-Lokal, is-Sur Mario Gauci saħaq illi l-Kunsill se jkun qed jimpenja ruħu li jahdem flimkien mal-Għaqda Maltija tal-Astronomija sabiex dan is-sit isarraf f’suċċess u b’hekk jaghmel isem tajjeb għal lokalita’ tal-Għargħur. Is-sit jikkonsisti f’numru ta’ kmamar li kienu jintużaw mill-Militar Brittaniku.

Is-Sur Alexei Pace, President tal-Għaqda Maltija tal-Astronomija , wera s-sodisazzjon għat-talba li kienet ghamlet l- għaqda sabiex tagħmel użu minn dan is-sit u rrimarka li sit bhal dan se jkun qed joffri faċilitajiet eċċellenti għall-iskopijiet ta’ din l-għaqda, minħabba l-fatt li din jkollha bżonn kundizzjonijiet favorevoli tas-sema speċjalment bil-lejl.

Il-Ministru Azzopardi temm jghid illi l-Gvern qed jaħdem u se jkompli jaħdem sabiex jalloka aktar artijiet, illi l-użu tagħhom jissarraf fil-ġid tal-wirt storiku kif ukoll għal dak tal-kommunita Maltija u Għawdxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow