168 GĦAQDA JIBBENEFIKAW MILL-FOND GĦALL-KAWŻI ĠUSTI FL-2011
168 għaqda Maltija u Għawdxija bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2011, għal valur totali ta’ madwar €1.7m. Waqt preżentazzjoni li saret illum wara nofsinhar, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech irringrazzja lil dawn l-għaqdiet tal-kontribuzzjoni importanti li jagħtu lis-soċjetà Maltija, kontribuzzjoni li ħafna drabi jagħtu b’mod volontarju.
Tonio Fenech faħħar l-impenn ta’ dawn l-għaqdiet li bil-kontribut tagħhom jagħtu sehem l-għan ta’ soċjetà aktar inklussiva, ta’ soċjetà aktar interessata fil-wirt kulturali u storiku ta’ pajjiżna u li tipparteċipa b’mod aktar attiv fl-attivitajiet ta’ natura kulturali u sportiva.
Il-proġetti megħjuna mill-Fond jgħinu wkoll fit-tisbiħ ta’ pajjiiżna, permezz tar-restrawr ta’ postijiet storiċi, ta’ knejjes, monumenti u ġonna pubbliċi.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en