LAQGĦAT MAL-PUBBLIKU DWAR IL-PROĠETT NAZZJONALI GĦAL KONTRA L-GĦARGĦAR
Il-bieraħ saret l-ewwel laqgħa minn sensiela ta’ laqgħat li qed isiru mar-residenti tal-lokalitajiet li fihom se jsir il-proġett għal kontra l-għargħar. Il-laqgħa tal-bieraħ saret għar-residenti tal-lokalitatjiet tal-Msida u l-Gżira filwaqt li l-laqgħa li jmis se ssir għar-residenti ta’ B’Kara u Ħal Balzan, l-Erbgħa 1 ta’ Frar, fiċ-Ċentru Parrokjali Santa Elena, Triq is-Santwarju, Birkirkara fis-7pm.
Il-proġett għat-taffija tal-għargħar hu maħsub biex itaffi l-problemi tal-għargħar, bl-effetti negattivi kollha li dawn iġibu magħhom, fuq ir-residenti u kull min juża ż-żoni ta’ disa’ lokalitajiet li huma Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa. L-iżvilupp innifsu ser jinkludi t-tħaffir ta’ numru ta’ mini fil-fond taħt l-art u titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra.
Dan il-proġett li hu propost għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm ERDF, se jseħħ b’investiment ta’ madwar €56 miljun, bir-rata ta’ kofinanzjament tkun ta’ 85% fondi Ewropej u 15% minn fondi nazzjonali.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en