L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK - LUQA – SAFI – KIRKOP – MQABBA – QRENDI – ŻURRIEQ – GUDJA – GĦAXAQ – TARXIEN – SANTA LUĊIJA – MARSA - FLORIANA
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċina b’xejn mingħand il-Gvern li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-medicini tad-dijabete u li joqogħdu fil-lokalitajiet ta’ Luqa – Safi – Kirkop – Mqabba – Qrendi – Żurrieq – Gudja – Għaxaq – Tarxien – Sta. Lucija – Marsa – Floriana li minn nhar it-Tnejn, 30 ta’ Jannar 2012 ser ikunu jistgħu jibdew jibbenifikaw mill-Iskema tal-POYC mill-ispiżerija tal-Għażla tagħhom.
L-Applikazzjonijiet għar-Reġistrazzjoni mal-Iskema tal-POYC ser jibqu miftuħin. Nixtiequ nfakkru li l-applikazzjonijiet huma miftuħa biss għall-pazjenti li joqogħdu fl-imsemmija lokalitajiet.
Filwaqt li nirrinġrazzjaw lill-pubbliku għall-koperazzjoni, nixtiequ nfakkru li għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-formola uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-POYC.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en