STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Tintalab laqgħa dwar il-bini tal-estenzjoni tal-Qorti
Konxju mis-sensittività tal-iżvilupp in kwistjoni, il-Gvern talab laqgħa bejn id-Direttur Ġenerali tal-Qorti u l-uffiċjali tal-MEPA, sabiex tiġi esplorata l-possibilità ta’ soluzzjoni li tirrispetta l-importanza tal-iskyline tal-Belt Valletta u l-protezzjoni tal-wirt storiku filwaqt li tippermetti l-użu sostenibbli tal-binja.
Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura jirreferi għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Roderick Galdes rigward l-estenzjoni tal-bini tal-Qorti, liema bini huwa kopert minn permess ta’ żvilupp li kien ġie approvat fl-2007. Mill-2008 ‘l hawn kien inħass il-bżonn li ssir riforma tal-MEPA sabiex fost affarijiet oħra tikber is-sensittività lejn l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent u l-wirt storiku ta’ pajjiżna.
Bħala parti mill-proċess ta’ din ir-riforma llum għandna żewġ Kummissjonijiet tal-Ambjent u l-Ippjannar komposti minn membri full time minflok part-time u fost il-membri hemm speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-ambjent. Bħala parti mill-proċess tar-riforma tal-MEPA, ġie stabbilit ukoll fil-liġi approvata mill-Parlament fl-2010, li fost il-membri tal-Awtorita’ għandhom jiġu nominati persuni b’tagħrif u esperjenza fil-wirt kulturali u l-ambjent u fil-fatt ġew appuntati l-Imħallef Giovanni Bonello u Dr. Philip Manduca, li jiġu minn dawn l-oqsma. Dawn it-tibdiliet huma intiżi sabiex il-MEPA tkun dejjem aktar sensittiva lejn l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent u l-wirt storiku tagħna fid-deċiżjonijiet tagħha.
Il-MEPA f’dawn l-aħħar snin żiedet ukoll l-ammont ta’ propjetajiet li ġew skedati. Fil-fatt is-sena li għaddiet il-MEPA skedat 197 binja u siti naturali wara li fl-2010 skedat 35 binja u siti naturali.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en