Left arrow Go Back

PROĠETT IEĦOR FIL-BELT VALLETTA – AKTAR AĊĊESSIBILITÀ GĦALL-BELT VALLETTA

PR0159
Date Icon 24/01/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, ħabbar li fil-ġranet li ġejjin, il-Ministeru se japplika mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex mina li tinsab fis-sur  terġa tinfetaħ, u sservi ta’ passaġġ għan-nies. B’hekk kull min jipparkja fid-ditch tal-Belt permezz ta’ dan il-proġett se jkollu aċċess ieħor għall-Belt Kapitali li twasslu ħdejn South Street.

Din il-mina (sally-port), li hi twila 75 metru, hi proposta li jkun fiha żewġ travellators b’wieħed jagħti ’l fuq u ieħor ’l isfel biex din id-daħla tkun aċċessibbli għal kulħadd. Il-Ministru Pullicino spjega wkoll li din il-mina tista’ sservi wkoll ta’ post fejn l-artisti jkunu jistgħu jesebixxu xogħol tal-arti tagħhom.

Waqt skavi li saru fil-post fil-kors tax-xogħlijiet ta’ restawr, instabet parti minn batterija ta’ żmien il-Kavallieri fil-ġenb tal-bastjun li ma kinitx irrekordjata fil-pjanti tal-epoka. Dr Stephen Spiteri, storiku tal-fortifikazzjonijiet, sostna li din il-batterija hija interessanti ħafna u teħtieġ li tiġi studjata u rrestawrata, u integrata fil-proġett għaliex tkompli turi l-komplessità tas-sistema difensiva tal-Belt Valletta.

Għal dan il-għan,  l-applikazzjoni lill-MEPA se tkun tinkludi t-tisbiħ ta’ din iż-żona, ir-restawr ta’ batterija li nstabet waqt il-proġett ta’ restawr tas-swar, kif ukoll spazju ġdid għal parkeġġ.

Fil-foss tal-Belt ukoll ġie rkuprat spazju bejn is-swar li kienu magħluq b’strutturi fil-foss ta’ wara St. Andrew’s Tenaille.  Issa li twaqqaw dawn l-istrutturi nħoloq spazju ġdid li hu propost li jintuża għal parkeġġ.

Dan il-proġett hu stmat li se jiġi jiswa ’l fuq minn €800,000.

Il-Ministru Pullicino fakkar li fil-Belt il-Gvern qed jinvesti mal-40 proġett ta’ tisbiħ u restawr fosthom ir-restawr tas-swar li qed iseħħ b’investiment ta’ €36 miljun b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow