Left arrow Go Back

ST. JOHN AMBULANCE BRIGADE MALTA TINGHATA PROPJETA MINGHAND IL-GVERN GEWWA GHAN DWIELI

PR0140
Date Icon 21/01/2012

F’ċerimonja qasira li saret illum kmieni wara nofsinhar fi Triq il-Bacir ġewwa Għajn Dwieli, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi, ħabbar b’sodisfazzjon trasferiment ta’ biċċa art lis- St. John Ambulance Brigade – Malta.   Il-Ministru Azzopardi faħħar l-impenn ta’ din l-għaqda, li l-għan prinicpali tagħha huwa li tipprovdi servizz lill-pubbliku ġenerali bla ħlas.
Preżenti għal din ic-cerimonja u għall-iffirmar tal-kuntratt kien hemm Il-Prim Imħallef Emiritus s-Sur J.J. Cremona li huwa c-Chairperson tas-St John’s Council. Huwa rringrazzja lill-Gvern tal-fiducja li wera fl-għaqda u wiegħed illi se jkun qed imexxi l-proġett b’dedikazzjoni kbira sabiex jara lill-istess għaqda tkompli tikber.
“Huwa fl-interess tal-Gvern preżenti li jippromwovi il-qasam soċjali fost l-għaqdiet volontarji”, tenna jgħid il-Ministru Azzopardi.  Permezz ta’ inizjattiva mnehdija minnu stess, din il-ġimgħa l-Parlament approva t-trasferiment ta’ numru ta’ propjetajiet lil diversi  Clubs, Assocjazzjonijiet u Għaqdiet b’titlu ta’ kera u ċens temporanju. Filfatt il-Gvern għandu ppjanat illi jagħti diversi artijiet li se jkunu qed jingħataw b’ċens lili-għaqdiet varji bħal dik mogħtija llum lis-St. John Ambulance Brigade.
L-għan prinċipali ta’ din l-art se tkun propju li  tinbidel f’ Ambulance Training Centre, fejn fih se jkun qed jiġi mogħti taħrig intensiv lill-diversi membri tal-istess għaqda. Il-post se jilqa’ wkoll il-ħames ambulanzi li tħaddan is-St. John Ambulance, li sa issa kienu jiġu dejjem pparkjati f’għalqa.
Is-St. John Ambulance Brigade ġiet mwaqqfa f’Malta fl-1882 u hija għaqda volontarja li tipprovdi f’pajjizna taħriġ tal-First Aid u servizz ta’ salvataġġ minn voluntiera li jkunu kwalifikati.  Is-sezzjoni tal-ambulanzi fi ħdan il-brigade twaqqfet fl-1909 u kienet strumentali b’mod speċjali meta nġarrew pazjenti minn Sptar St Lukes għall-Isptar Mater Dei.  Is- St. John Ambulance tħaddan fostha 150 membru.  It-tliet branches tal-għaqda huma: l-First Aid; it-Teaching Branch u r-Rescue Section.  Is-servizz tal-ambulanzi jiġi provdut ukoll lill- Protezzjoni Ċivili u lid-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-Ministru Azzopardi faħħar il-konribut tal-Għaqda, li kienet strumentali waqt l-evakwazzjoni tan-nies mil-Libja, meta dan il-pajjiż kien għaddej minn kriżi kbira.  Huwa saħaq li jinsab ċert li l-għaqda se tkun qed tagħmel użu tajjeb tal-post u awgurala fil-ħidma sfiqa u eċċellenti tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow