Left arrow Go Back

IL-MUŻEW FIS-SIT TA’ COUVRE PORTE FIL-BIRGU SER IKUN INAWGURAT FIL-15 T’APRIL

PR0104
Date Icon 18/01/2012

Il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, l-Onorevoli Jason Azzopardi,  dalgħodu żar ix-xogħlijiet li qed tagħmel l-Fondazzjoni Wirt Artna, fil-‘Malta at War Museum’, fis-sit ta’ Couvre Porte fil-Birgu.  Fil-preżent hemmhekk jinsab għaddej xogħol sabiex il-post jiddawwar f’mużew li jkun jirrifletti kif kienet tgħix is-soċjetà Maltija fil-perjodu ta’ matul it-tieni gwerra dinjija. F’dan il-mużew, li ser ikun qed jagħmel użu minn tekonologija avvanzata, sabiex jagħti esperjenza interattiva lill-viżitatur, wieħed ser ikun jista’ jara numru ta’ ‘artefacts’ li huma uniċi għal Malta. Huwa ppjanat li dan il-mużew jinfetaħ għall-pubbliku nhar il-15 ta’ April f’għeluq is-sebgħin sena anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Malta. Dan il-post għadda f’idejn il-Fondazzjoni Wirt Artna s-sena l-oħra permezz ta’ ‘guardianship deed’ u minnufih inbeda xogħol estensiv b’investiment ta’ €500,000, liema fondi inkisbu b’għajnuna mill-Unjoni Ewropea mill-fondi tal-European Regional Development Fund.

Il-Ministru Jason Azzopardi faħħar il-ħidma sfiqa li qed tagħmel il-Fondazzjoni Wirt Artna sabiex dan is-sit jinbidel f’mużew li ser ikun qed jiffoka fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-poplu Malti matul it-tieni gwerra dinjija. Is-sit tal-mużew huwa propju simboliku u dan minħabba l-fatt li l-Kottonera kienet l-iktar parti mitluqa mill-attakki mill-ajru f’dak iż-żmien. Il-Ministru Azzopardi rrimarka dwar il-fatt li l-Fondazzjoni Wirt Artna hija eżempju eċċelenti ta’ kemm għaqda voluntarja Maltija kapaċi tamministra tajjeb fondi li jkunu ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Il-Ministru saħaq fuq l-importanza ta’ tali fondi u qal li dawn kienu indispensabbli għal dan il-proġett u oħrajn simili. Il-Ministru radd ħajr ukoll lill-Kunsill Lokali tal-Birgu għall-kontribuzzjoni tiegħu f’dan il-proġett, liema Kunsill issa jinsab fl-Auberge de France fil-qalba tal-Birgu.

Is-Sur Mario Farrugia, President tal-Fondazzjoni Wirt Artna spjega li l-proġett beda fl-2004 wara taħdidiet mal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Fl-2008 inkisbu fondi mill-UE sabiex il-mużew ikun jista’ jiġi rinovat u estiż sabiex jinkorpora l-ewwel sular tal-‘Couvre Porte Barracks’. Il-mużew issa ikopri iżjed minn 900 metru kwadru u l-estensjoni l-ġdida ser tippermetti lill-Fondazzjoni Wirt Artna sabiex tiżviluppa mużew storiku li jkun jikkonsisti f’disa’ ‘walk-through galleries’ b’kull waħda minnhom li tkun tiddiskrivi l-ħajja f’Malta matul it-tieni gwerra dinjija.  Meta jkun lest il-proġett, ser jitpoġġew xejn inqas minn 5,000 ‘artefacts’ oriġinali għad-dizpożizzjoni tal-viżitaturi.  Dawn ser jinkludu karozzin, żewġ ‘anti-aircraft guns’, ‘anti-aircraft searchlight’ armamenti żgħar, munizzjon, bombi, uniformijiet, għodod, midalji u materjal ieħor.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Azzopardi qal li l-ftuħ tal-mużew ser jaħbat ma’ okkażjoni memorabli, f’għeluq is-sebgħin sena mill-għoti tal-George Cross. Huwa esprima sodisfazzjon kbir għall-fatt li l-mużew ser ikun qed iservi ta’ vetrina unika li jesebixxi l-istorja ta’ pajjiżna, liema storja rridu nippriservawa bl-aħjar mod possibbli. Il-Ministru propju faħħar lil Fondazzjoni Wirt Artna tal-kontribut tagħha f’dan ir-rigward.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow