Left arrow Go Back

ŻIEDA FID-DONAZZJONIJIET TAD-DEMM MATUL L-2011

PR0095
Date Icon 18/01/2012

It-talba għad-demm tkompli tiżdied

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li matul is-sena li għaddiet irrikorrew bi ħġarhom sabiex jagħmlu għotja ta’ demm. Fil-fatt, filwaqt li fl-2010 kien hemm 15,096 donazzjoni ta’ demm, matul l-2011 in-numru ta’ donazzjonijiet tela’ għal 16,960, jiġifieri żieda ta’ 1,894 donazzjoni.

Il-Ministru Dr. Joe Cassar, filwaqt li jirringrazzja lid-donaturi kollha, jixtieq jirringrazzja wkoll lil dawk il-kumpaniji u numru ta’ entitajiet li ħadu l-inzjattiva sabiex iħeġġu lill-impjegati u membri tagħhom biex jagħmlu dan il-ġest nobbli. Il-Ministru jfakkar li dawn id-donazzjonjiet jissarfu f’għajnuna importanti f’waqtha, partikolarment waqt operazzjonijiet ta’ emerġenza, u allura, litteralment ikunu qed jiġu salvati diversi ħajjiet bis-saħħa tal-għotja tad-demm.

Ta’ min ifakkar li b’riżultat taż-żieda fin-numru ta’ operazzjonijiet li qed isiru kuljum, xi ħaġa pożittiva fiha nfisha, it-talba għad-demm qiegħda dejjem tiżdied ukoll.  Barra minn hekk, il-progress li sar fil-qasam tas-saħħa qed iwassal sabiex persuni li qabel kienu jingħataw kura barra minn Malta, issa qed jingħataw l-istess kura f’pajjiżna. Dan is-suċċess wassal ukoll biex kibret it-talba għad-demm.

Il-Ministru qal li peress li għal sena oħra, l-2012 mistennija tara n-numru ta’ operazzjonijiet f’pajjiżna jkompli jiżdied, huwa importanti li kull min jista’ jikkommetti ruħu u jagħti d-demm. Hu ħeġġeġ biex aktar kumpaniji u entitajiet jingħaqdu flimkien u joħolqu skemi li permezz tagħhom ikunu qed jgħinu lis-soċjetà permezz ta’ donazzjonijiet tad-demm.

Il-Ministru Joe Cassar, filwaqt li jtenni r-ringrazzajment tiegħu f’isem il-poplu Malti lid-donaturi tad-demm, jieħu din l-opportunità sabiex jirringrazzja wkoll lill-ħaddiema tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, partikolarment lil dawk taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm li kuljum jagħmlu l-almu tagħhom kollu sabiex jinġabru aktar boroż tad-demm.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow