Left arrow Go Back

PROĠETT TA’ TISBIĦ FIL-QALBA TA’ PAĊEVILLE

PR0080
Date Icon 16/01/2012

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, George Pullicino, flimkien mal-Ministru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent, Mario De Marco, żaru x-xogħlijiet ta’ pavimentar li nbeda f’Paċeville.

Il-proġett ta’ tisbiħ jinkludi pavimentar ġdid f’partijiet minn Triq San Ġorġ, Triq Wilġa u parti minn Triq Dragunara f’Paceville. Ix-xogħol mistenni li jdum madwar tliet xhur. Dan ix-xogħol ser jinkludi t-tneħħija tal-bankini mit-tliet toroq. It-toroq imsemmija għalhekk ser jiġu f’livell wieħed u ser jiġu installati numru ta’ bollards fit-triq biex ikun hemm separazzjoni bejn il-parti li minnha jistgħu jgħaddu n-nies u l-parti għat-traffiku.

Ix-xogħol fuq kull triq ser isir f’żewġ fażijiet:  fl-ewwel ħmistax isir ix-xogħol meħtieġ fuq in-naħa tal-bankini, u wara jitkompla n-nofs l-ieħor tat-triq biex b’hekk l-aċċess pedonali f’dawn it-toroq jibqa’ dejjem miftuħ. It-triq li jkun qed isir xoghol fiha, ser tkun magħluqa għat-traffiku. Għal dan ix-xogħol il-materjal li se jintuża se jkun  tal-porfido u se jkopri 2,300 metru kwadru ta’ art.

Il-Ministru Pullicino qal li dan il-proġett mistenni jiġi jiswa €250,000.  Dan il-proġett jikkumplimenta l-proġett ta’ tisbiħ li kien sar fil-pjazza ta’ Paċeville fl-2008.  Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern  diġà wettaq numru ta’ proġetti f’din iż-żona turistika, bħat-tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan u l-promenade mal-bajja ta’ San Ġorġ. Dan filwaqt li saret applikazzjoni biex jitwettaq proġett ta’ tisbiħ fil-pjazza ta’ Spinola.

Il-Ministru Mario de Marco qal li l-proġett itejjeb il-prodott turistiku f’Paceville. Hu qal li l-Gvern qed jinvesti f’diversi proġetti fl-inħawi ta’ San Ġiljan u Paceville bir-riċerka tal-MTA turi li f’sena madwar 650,000 turist iżuru San Ġiljan u madwar 300,000 iżuru Paceville. Fost il-proġetti li qed jitwettqu fl-inħawi, Mario de Marco semma il-proġett tal-ġonna ta’ Pembroke, il-proġett fiż-żona magħrufa bħala ‘Golden Mile’ kif ukoll il-proġett ta’ walking/cycling track u r-restawr tat-Torri tal-Madliena.

Il-Ministru spjega li dawn huma kollha proġetti li jtejbu l-prodott turistiku u jsaħħu l-kompettività ta’ pajjiżna. Hu qal li s-settur privat ukoll qed jinvesti fil-prodott turistiku u qed ikun mħeġġeġ ikompli jinvesti permezz ta’ skemi bħall-iskema ta’ sussidju fuq l-imgħax sa 3% fuq self kif ukoll permezz tal-iskema mill-UE ta’ €10 miljun għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli. Mario de Marco qal li l-investiment fil-prodott flimkien mat-titjib fl-aċċessibilità u l-investiment fil-promozzjoni effettiva huma t-tlett pilastri ewlenin tal-istrateġija turistika li qed titwettaq mill-Gvern b’koperazzjoni mal-MTA u l-istakeholders fis-settur. Hu qal li din il-koperazzjoni qed twassal għal riżultati pożittivi fis-settur turistiku, b’pajjiżna jkollu erba’ snin rekord fl-aħħar ħames snin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow