STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
PR0074
16/01/2012
L-Oppożizzjoni tkompli tivvinta u tirrikorri għal qlajjiet
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jiċħad dak li ġie rappurtat fin-newsportal tal-Oppożizzjoni illum.
L-Oppożizzjoni vvintat li dakinhar li l-Prim Ministru neħħa l-Onorarja tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, mara ta’ Ministru daħlet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru tirrabja kontra din id-deċiżjoni.
Mhux veru li kien hemm mara ta’ Ministru, jew xi ħadd ieħor li għamlu dak li vvintat l-Oppożizzjoni. La dakinhar li l-Prim Ministru neħħa l-Onorarja u lanqas wara, ma ġara dak li vvintat l-Oppożizzjoni.
Other Press Releases:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en