Left arrow Go Back

TKOMPLI L-ĦIDMA TAL-GVERN FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

PR0070
Date Icon 14/01/2012

Imniedi l-Programm ta’ Empowerment

L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu nieda uffiċjalment il-Programm ta’ Empowerment għaż-Żgħażagħ li se jitmexxa minn Aġenzija Żgħażagħ, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret Dar il-Meditterran għall-Konferenzi.

L-għan ta’ dan il-programm huwa li jservi bħala mezz li permezz tiegħu ż-żgħażagħ se jingħataw għodda biex jifhmu kwistjonijiet li qed jinfluwenzaw kwalità tal-ħajja tagħhom u qed jingħataw iċ-ċans li jieħdu azzjoni.

Waqt id-diskors tat-tnedija s-Segretarju Parlametari sostna li l-Gvern jemmen li l-edukazzjoni hija s-sies li fuha hu mibni pajjiżna u l-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni ma jieqafx biss mal-edukazzjoni formali iżda f’din il-leġiżlatura l-Gvern nieda programmi ta’ empowerment li huma mezz ta’ edukazzjoni mhux formali li jgħinu liż-żgħażagħ fl-iżvilupp tagħhom.

Hu tenna li dan il-programm ġdid ta’ empowerment juri kemm il-Gvern jemmen fiż-żgħażagħ u qed jinvesti fihom billi saħansitra jagħtihom vuċi fis-soċjetà tagħna.

L-Onor Puli temm jgħid li dan il-programm flimkien ma’ proġetti oħra li raw il-bidu tagħhom matul din il-leġiżlatura juru kemm il-Gvern jemmen fil-potenzjal taċ-ċittandini tiegħu fosthom fiż-żgħażagħ li huma il-preżent u l-futur ta’ dan il-pajjiż.

Dan il-programm se jitmexxa fuq żewġ livelli: livell Nazzjonali u l-livell lokali. Il-Programm Nazzjonali se jimmira li joħloq ambjent ta' tagħlim li jippermetti vuċi għaż-żgħażagħ, sabiex isiru ċittadini aktar attivi u jidentifikaw u jiżviluppaw potenzjal kreattiv tagħhom permezz ta' inizjattivi varji li jinvolvu djalogu strutturat u l-arti espressiva. Il-programm lokali se jiġi implimentat permezz tal-komunità lokali mal-Kunsilli Lokali u / jew NGOs u jimmira li jipprovdi numru ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-ambjent lokali tagħhom.

F’dan il-qafas ta’ programmi Aġenzija Żgħażagħ illum nediet wkoll il-proġett "Empower", li hija inizjattiva ta’ youthwork magħmul minn skedi ta' taħriġ ta’ sitt sessjonijiet kull waħda. Dan il-proġett hu mmirat għal żgħażagħ minn 16-il sena 'l fuq u għandu l-għan li jtejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ f’diversi oqsma, b’seminars dwar il-potenzjal taż-żgħażagħ; il-kapaċità fit-tmexxija; is-saħħa; il-kreattività; l-istudju u l-opportunitajiet; u dwar iz-żgħażugħ fis-soċjetà.  S’issa diġa kien hemm interess minn 12-il lokalità għal dan il-proġett.

Aġenzija Żgħażagħ tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali li jimbarkaw fuq din l-inizjattiva u tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw.

Aktar tagħrif dwar dawn l-inizjattivi jista' jinkiseb minn Aġenzija Żgħażagħ www.agenzijazghazagh.gov.mt jew 23886139.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General o...

More Press Releases Right arrow