STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
PR0065
13/01/2012
Joseph Muscat jikkonferma l-għatx li għandu għall-poter
Ir-reazzjoni ta’ Joseph Muscat tkompli tikkonferma l-għatx li għandu għall-poter biex jekk jista’ jkun isir Prim Ministru llum qabel għada.
Fil-għodu Anglu Farrugia ressaq mozzjoni ta’ giljottina u issa Joseph Muscat irid li jiġu injorati l-proċeduri tal-Parlament. Bl-aktar mod ċar Joseph Muscat ma jridx jagħti ċans lill-kollegi tiegħu fil-Parlament jagħmlu diskussjoni. Dan juri wkoll id-disrispett li Joseph Muscat għandu lejn il-Parlament.
Joseph Muscat fir-reazzjoni tiegħu qal ukoll li mill-aġenda parlamentari tneħħew liġijiet finanzjarji. Joseph Muscat ma qalx il-verità. Bil-kontra ta’ dak li qal, fuq l-aġenda parlamentari hemm żewġ liġijiet finanzjarji.
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014