STQARRIJA DWAR IL-ĦIDMA TAL-UFFIĊĊJU TAL-KONSUMATUR FI ĦDAN L-MCCAA DWAR BIDLIET FIT-TERMINI KUNTRATTWALI OFFRUTI LILL-KONSUMATUR MILL-KUMPANIJA MELITA PLC
B’referenza għall-press release li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet fil-5 ta’ Jannar, 2012, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità kompla għaddej bil-ħidma tiegħu mal-kumpanija Melita plc sabiex ikun assigurat illi l-konsumatur ikollu l-informazzjoni kollha qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.
Din il-ħidma kienet tinvolvi aktar laqgħat u diskussjonijiet mal-kumpanija konċernata fejn ġie konkluż li għall-aħjar interess tal-konsumatur, is-service provider se jkompli jagħti aktar informazzjoni lill-konsumatur dwar l-offerta. Fil-fatt, mal-kont li jmiss, dawk il-konsumaturi li ma għamlu l-ebda kuntatt ma’ Melita plc fir-rigward ta’ din l-offerta, ser jirċievu ittra annessa mal-kont b’iktar informazzjoni dwar il-bdil fis-servizz. Il-konsumaturi ser jingħataw numru ta’ ġranet li fihom ħa jkollhom l-opportunità li jinfurmaw lil Melita plc li ma jridux il-pakkett il-ġdid tal-15 Mbps. Billi Melita plc bidlet is-sistema tagħha, dawn il-konsumaturi li ma jieħdux l-offerta xorta ser ikomplu jgawdu minn upgrade b’xejn minn 5 Mbps għal 7 Mbps.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA ser ikompli fil-ħidma tiegħu sabiex jassigura li l-operaturi kollha f’dan is-settur jagħtu l-importanza meħtieġa lejn l-obbligi legali tagħhom stabbiliti fil-liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur.
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014