Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI FIL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI GĦAL GARANZJIA TA’ SIGURTA’ TAL-IKEL

PR0062
Date Icon 13/01/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino żar razzett tat-tiġieġ li jintużaw għall-produzzjoni tal-bajd.

F’pajjiżna sar avvanz tant li biex tiġieġa tkun iktar kuntenta, illum irid ikollha spazju ta’ ċertu għoli, ta’ almenu 45cm; l-ispazju għal kull tiġieġa jrid tkun bejn wieħed u ieħor id-doppju ta’ dak li kellha qabel. Fil-gaġġa wieħed isib:
• il-bejta fejn tista’ tidħol fil-privatezza u tbid,
• ċertu tul ta’ passiġġiera,
• post fejn tista’ ssinn id-dwiefer tagħha,
• litter (li huwa post fejn tista’ tħokk u tfarfar ir-rix) eċċ.

Dawn il-miżuri ddaħħlu biex kemm jista’ jkun it-tiġiega jkollha l-affarijiet kollha li ssib fin-natural.  Dan it-tibdil sar fi żmien qasir ħafna u dan sar grazzi għall-produttur Malti li investa f’dawn it-tip ta’ gaġeġ bi nfiq u investiment kbir, b’riżultati li jidhru.

Kemm ilhom li daħlu l-miżuri ta’ trattament xieraq għall-annimali wieħed diġà seta jinnota li l-kwantita’ ta’ mewt naqset ħafna; il-produzzjoni ta’ bajd kiber u kif ukoll żdiedet l-effiċjenza,  dawn huma kollha sinjali ta’trattament xieraq tal-annimali.

Il-Ministru Pullicino fakkar li l-investiment qawwi li sar mit-28 poultry producers li bejniethom investew madwar €5 miljun u ngħataw għajnuna mill-Gvern li tlaħħaq madwar  €2.5.

Il-Ministru Pullicino qal li d-direttiva Ewropea tgħid li l-gaġeġ qodma tat-tiġieġ kellhom jiġu konformi mal-liġi sa Jannar 2012. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni tal-Veterinarji ħa numru ta’ miżuri sabiex tiġi applikata din il-leġiżlazzjoni. Hu wera sodisfazzjon li Malta hi konformi mal-liġi Ewropea. Huwa qal li hu ta’ diżappunt li numru ta’ pajjiżi Ewropej għadhom ma tawx l-attenzjoni xierqa u t-tiġieġ tal-bajd qed jibqgħu jinżammu f’ġaġeġ tradizzjonali bi spazju limitat.

Illum dan is-settur hu mgħammar b’tali mod li jassigura kemm livell ogħli ta’ benessri għat-tjur kif ukoll jiggarantixxu kwalità għolja ta’ produzzjoni.  Il-konsumatur Malti b’dan l-avvanz għandu prova li l-prodott Malti hu ġenwin u tal-ogħla standard bil-fatti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow