Left arrow Go Back

L-ONOR. JASON AZZOPARDI, MINISTRU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U KONSUMATURI JAGĦLAQ BREAKFAST MEETING ORGANIZZAT MILL-ISTESS MINISTERU DWAR L-EKONOMIJA SOĊJALI

PR0061
Date Icon 13/01/2012

“L-Ekonomija Soċjali għandha post importanti fix-xenarju soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna u rridu naraw kif din infasslulha l-aqwa ambjent biex fih tikber, taqdi l-għanijiet tagħha, u toħloq ix-xogħol.”  Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumaturi, Jason Azzopardi, illum, hekk kif kien qed jindirizza l-għeluq ta’ breakfast meeting dwar is-suġġett organizzat mill-istess Ministeru. L-għan ta’ dan il-breakfast meeting kien li jiġi varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku u l-partijiet involuti tal-qasam, dwar ir-realtà tal-Ekonomija Soċjali, u kif din tista’ tikber.

Jason Azzopardi qal li permezz ta’ din l-attività l-Gvern itenni l-impenn tiegħu lejn il-valur tal-konsultazzjoni u d-djalogu. Huwa qal li l-Gvern irid ikun qrib il-key-players u dawk involuti f’organizzazzjonijiet soċjali, li ħadd iżjed minnhom ma jafu r-realtajiet li jeżistu f’dan il-qasam.

Il-Ministru nnota li t-tema Social Enterprise – Unleashing its potential tirrifletti r-rieda tal-Gvern li jrid jimmotiva t-tkabbir tal-intrapriża soċjali, u għalhekk huwa ħabbar li fil-futur hemm il-ħsieb li tiġi ppubblikata white paper dwar is-suġġett li għalhekk tkun bażi li fuqha ssir diskussjoni.

Il-breakfast meeting kien miftuħ mill-Professur E P Delia, chairman ta’ APS Bank li kkwadra s-suġġett li ġie diskuss. Huwa tkellem dwar ix-xenarju ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna, li fih joperaw l-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti minn dan il-qasam.  Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza li tinstab definizzjoni eżawrjenti ta’ x’irridu nifhmu b’Ekonomija Soċjali. Waqt il-breakfast meeting saret ukoll preżentazzjoni dwar ir-rapport li l-Enterprise Policy Directorate fi ħdan il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumaturi, ikkommissjona s-sena li għaddiet, dwar is-Social Economy f’Malta, liema studju sar minn APS Consult Ltd.  Il-preżentazzjon li saret minn Simon Micallef minn APS Consult Ltd tat sinteżi tar-riżultati tal-istudju.

L-għan ta’ dan l-istudju kien li jkun hemm tagħrif aħjar ta’ dan il-qasam, l-ambjent li jopera fih, l-organizzazzjonijiet li jiffurmaw parti minnu, il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, u r-rwol tagħhom. L-istudju jipprovdina b’ritratt tal-intrapriżi li jeżistu fil-qasam, ix-xenarju legali li jirregola l-qasam u dak operattiv.  Ir-rapport jitfa’ dawl ukoll fuq bidliet fil-legiżlazzjoni li jkollhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom dawn l-organizzazzjonijiet.

Huwa stmat li fl-Ewropa, iżjed minn 11-il miljun persuna jaħdmu fis-Social Economy. Sħubija f’din it-tip ta’ intrapriża titla għal madwar 160 miljun. Iżjed miljuni jiddependu mis-servizzi u l-prodotti li joffru dawn l-intrapriżi.  F’Malta s-settur volontarju jimpjega 4,387 u jiġġenera €68 miljun annwali.  It-tkabbir ta’ dan il-qasam, speċjalment fl-aħħar 20 sena, ikkontribwixxa għal relazzjoni iżjed b’saħħitha bejn is-settur pubbliku, u l-ekonomija privata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow