ĦATRA TA’ KAP EŻEKUTTIV ĠDID GĦAL HERITAGE MALTA
Is-Sur Joseph G. Scerri inħatar Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta b’effett mit-22 ta’ Jannar 2012.
Joseph G. Scerri daħal fis-servizz pubbliku fl-1986 u sar għalliem wara li ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-1992 b’Baċċelerat tal-Arti fil-Psikoloġija u s-Soċjoloġija u ħa l-PGCE.
F’Settembru 1998, is-Sur Scerri nħatar Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tal-Intern. Bejn l-2003 u l-2008, is-Sur Scerri kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Viċi Prim Ministru, kemm bħala Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fl-2008. F’Ġunju 2009 Joseph Scerri ġie appuntat Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.
Joseph Scerri hu miżżewweġ lil Gisele née Bonnici u għandhom żewġt itfal.
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014