JINBEDA XOGĦOL TA’ TISBIĦ FIX-XATT TA’ TA’ XBIEX
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar ix-xogħol ta’ tisbiħ li nbeda tul ix-xatt ta’ Ta’ Xbiex. Fost oħrajn, dan ix-xogħol jinkludi t-tibdil ta’ railings, pavimentar, dawl ġdid, filwaqt li ser issir bankina ġdida man-naħa tal-baħar.
Din il-bankina ġdida għandha tgħaqqad il-promenade ta’ Ta’ Xbiex ma’ dak tal-Imsida biex b’hekk din iż-żona wkoll tkun aċċessibbli għan-nies. Ġaladarba jkun lest il-proġett, se jkun inħoloq spazju ġdid għal kull min iżur dan il-post u jkun jista’ jimxi filwaqt li jgawdi l-veduti sbieħ li dan ix-xatt joffri.
Dan ix-xogħol se jinkludi wkoll l-installazzjoni ta’ funtana ġdida sabiex tkompli tissebbaħ din iż-żona, filwaqt li se ssir ukoll bring in site taħt il-livell tat-triq. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ madwar €750,000, u qed isir fuq tul ta’ 1,088 metru u għandu jitlesta sax-xhur tas-sajf.
Il-Ministru Pullicino fakkar kif fl-aħħar snin il-Gvern wettaq xogħol ta’ tisbiħ fuq 7 promenades madwar pajjiżna li jinkludu: promenade ġdid fi Qui Si Sana Sliema, pavimentar mill-waterfront sa ta’ Liesse, promenade f’Paceville, promenade ġdid f’Marsaxlokk, tisbiħ tal-promenade tax-Xgħajra, tisbiħ ta’ Xatt is-Sajjieda f’San Ġiljan u promenade ġdid f’San Pawl il-Baħar.
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014