Left arrow Go Back

JITKOMPLEW ID-DISKUSSJONIJIET MAL-KOPERATTIVI TAS-SAJJIEDA

PR0041
Date Icon 11/01/2012

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali mexxa laqgħa bejn il-Gvern u rappreżentanti taż-żewġ Koperattivi tas-Sajjieda li matulha ġew diskussi l-proposti kollha mressqa mill-Koperattivi x-xahar li għadda.

Kif kien wiegħed, il-Gvern tratta l-proposti kollha mressqa mill-Koperattivi tas-Sajjieda u d-diskussjoni ta’ llum serviet sabiex kien hemm qbil fuq numri ta’ punti filwaqt li l-laqgħa ta’ llum serviet ukoll bħala bażi għal aktar diskussjonijiet.

Intant, matul il-laqgħa l-Ministru stqarr li l-Gvern, bħal ma għamel qabel, lest jikkunsidra pjan ta’ aġġustament biex jgħin lis-sajjieda, inkluż dawk li jistgħadu għall-pixxispad.  Sadanittant, iżda l-Gvern talab lill-Koperattivi jressqu proposti f’dan is-sens.

Fir-rigward tal-Pjan għall-Immaniġġjar dwar is-Sajd (Fisheries Management Plan 2015-2020), il-Ministru reġa’ tenna li dan hu proċess li mhux konkluż u li hekk kif il-Gvern jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-abbozz li ntbagħat, dan jerġa’ jiġi diskuss mal-Koperattivi qabel ma tintbagħat il-verżjoni  finali.

Il-Ministru Pullicino apprezza l-fatt li l-istess koperattivi stqarrew li l-Gvern diġà għamel xi emendi għal pjan abbozzat skont ix-xewqat tagħhom għax il-Gvern qabel ma’ proposti tal-istess sajjieda. Dan huwa prova tal-fatt li l-proċess għadu għaddej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow