RIŻOLUZZJONI DWAR TRASFERIMENT TA' PROPJETÀ LIL DIVERSI CLUBS U ASSOĊJAZZJONIJIET
Il-bieraħ wara nofsinhar, fil-Parlament, fis-seduta tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, ġie diskuss u approvat it-trasferiment ta’ propjetà lil diversi għaqdiet. Din ir-riżoluzzjoni kienet imressqa mill-Onorevoli Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Dr. Jason Azzopardi. Ir-riżoluzzjoni mressqa kompliet tisħaq fuq il-politika tal-Gvern preżenti illi tinkoraġġixxi l-ħidma tal-volontarjat fis-soċjetà u li tgħaddi aktar art u propjetà lil diversi għaqdiet għall-amministrazzjoni tagħhom. Permezz ta’ din il-propjetà u art, dawn l-għaqdiet ser ikunu f’pożizzjoni aħjar li jistgħu jwettqu l-ħidma volontarja tagħhom u b’hekk jibbenefikaw minn din ir-riżoluzzjoni eluf ta' membri. Il-lista tal-entatijiet konċernati u l-propjetà msemmija qed tidher hawn taħt.
1 . Ex- St. Michael’s Press (Parish Priest; Senglea Church)
2. Garage, Racecourse Str, Marsa (Għaqda Trinità SSa Marsa)
3. Kamra, Stivala Str, Paola (Parish Priest, Paola)
4. Kamra u Courtyard fuq maħżen Senglea (Senglea Historical Society)
5. Dar Mrabat Street, Sliema (Sależjani)
6. Art u strutturi f’ Pembroke (The North District Girl Guides)
7. Żewġ Imħażen f’ Porte de Bombes, Floriana (Malta Guggen Muzik)
8. Art, Triq il-Baċir, Għajn Dwieli, Paola (St. John Ambulance Brigade) (ċens)
9. Dar 14/16 Misraħ Santa Liena , B’Kara (Soċjetà Dun Filippu Borgia)
10. Art u Struttura, Dwejra Lines L/O Rabat (Attard Scout Group)
11. Strutturi f’Pembroke (Malta Red Cross)
12. Mitħna, Triq il-Mitħna Qormi (Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi)
13. Kamra fil-Kamp t’Għajn Tuffieħa (Salesian Boys & Girls Brigade)
14. Strutturi fil-Kamp t’Għajn Tuffieħa (Majjistral Nature & History Park)
15. Shelter f’ Pjazza San Frangisk Qormi (Anici Band & Social Club)
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014