Left arrow Go Back

REĠISTRATA ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ OPERAZZJONIJIET FL-ISPTAR MATER DEI F’NOVEMBRU 2011

PR0027
Date Icon 09/01/2012

In-numru ta’ operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet komplew jiżdiedu hekk kif l-isptar jgħarraf li matul ix-xahar ta’ Novembru 2011 saru 4,022 operazzjoni.

Minn dawn 3,489 (87%) kienu operazzjonijiet skedati filwaqt li 533 (13%) kienu proċeduri ta’ emerġenza.

Dan ifisser żieda ta’ 128 operazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena 2010, li matulha kienu saru 3,894 operazzjoni.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li dan huwa riżultat ieħor pożittiv li nkiseb grazzi għal ħidma kollettiva minn dawk kollha involuti.  Hu qal li mill-bidu ta’ Jannar 2011 sa tmiem Novembru 2011 saru total ta’ 40,511 operazzjoni.

Joe Cassar qal li l-isforzi tal-Gvern biex jitnaqqas il-ħin ta’ stennija għall-operazzjoni qiegħed irendi u fil-fatt, biex wieħed japprezza aħjar x’differenza qed issir, fl-aħħar tnax-il xahar tal-Isptar San Luqa kienu saru 32,764 operazzjoni.

Dan ifisser li fi 11-il xahar, matul l-2011, fl-Isptar Mater Dei saru 7,747 operazzjoni aktar!  Dan in-numru ma jinkludix l-operazzjonijiet li qed isiru b’xejn fil-privat wara ftehim milħuq mal-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow