Left arrow Go Back

STQARRIJA DWAR IL-ĦIDMA TAL-UFFIĊĊJU TAL-KONSUMATUR FI ĦDAN IL-MCCAA DWAR BIDLIET FIT-TERMINI KUNTRATTWALI OFFRUTI LILL-KONSUMATURI MILL-KUMPANIJI MELITA PLC U GO PLC

PR0015
Date Icon 05/01/2012

Wara li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan il-MCCAA irċieva lmenti, kemm direttament mill-konsumaturi, mill-Għaqda tal-Konsumatur, kif ukoll indirettament mill-media u l-kummenti li ġew impustati fuq l-istess websites, saru laqgħat ma’ rappreżentati kemm tal-GO plc kif ukoll tal-Melita plc. Saret ukoll laqgħa mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) li hija l-Awtorità regolatriċi ta’ dawn is-service providers. Fir-rigward tal-laqgħa mal-MCA dawn infurmaw lil dan l-Uffiċċju illi kemm GO plc kif ukoll Melita plc kienu nnotifikaw lill-MCA bil-korrispondenza li kienu se jibagħtu lill-konsumaturi. Jirriżulta wkoll li kumpanija minnhom emendat l-ittra skont kif ġie issuġġerit mill-MCA.

Il-fatti huma kif ġej:

Melita plc

Waqt il-laqgħa li saret bejn l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u Melita plc, ġie stabbilit illi l-Melita plc kienet f’kuntatt kontinwu mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) qabel ma ġiet stabbilita l-aħħar komunikazzjoni li ntbagħtet lill-konsumaturi fi tmien verżjonijiet differenti skont il-kuntratt tal-konsumatur.  Il-kambjamenti proposti mill-Melita plc jirriżultaw mill-fatt li l-Melita plc upgradjat is-sistema bażika ta’ internet minn 5Mbps għal 7Mbps u din ser tingħata b’xejn lil kulħadd fuq bażi permanenti. Inizjalment il-konsumatur ġie infurmat li ser jiġi upgradjat minn 5Mbps għal 15Mbps bi ħlas addizzjonali ta’ €2.65 fix-xahar.  Il-konsumatur ġie avżat illi jekk ma jieħux azzjoni sal-20 ta’ Jannar 2012, il-konsumatur jidħol direttament f’kuntratt ġdid ta’ sentejn jekk ikollu l-internet package biss. Il-konsumatur ingħata l-għażla li jinforma lil Melita plc permezz tan-nota annessa mal-ittra jew alternattivament permezz ta’ formola fil-website tagħha.

Bħala riżultat ta’ din il-laqgħa,  il-verżjoni bil-Malti tal-ittra tpoġġiet fuq il-website immedjatament u l-konsumatur ġie wkoll  infurmat minnufih biż-żieda b’xejn minn 5Mbps għal 7Mbps f’din l-istess ittra. Barra minn hekk kull min kiteb lil Melita beda jirċievi n-notifika immedjatament. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Uffiċċju ghal-Affarijiet tal-Konsumatur għadu qed jiffinalizza l-pożizzjoni dwar jekk il-konsumatur kellux jinforma lil Melita plc u mhux viċi versa jekk jaċċettax l-offerta.

GO plc

Fil-każ tal-GO plc, il-konsumatur ingħata l-għażla illi jekk ma jinfurmax lil GO plc ikun qiegħed jaqbel mal-kundizzjonijiet u t-tariffi l-ġodda filwaqt li ngħata 30 ġurnata ċans biex jekk ma jaqbilx, jittermina l-kuntratt preżenti mingħajr ebda penali skont il-liġi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow