FTEHIM BIEX SAJJIEDA JIXTRU D-DIESEL BLA VAT
Il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali iffirma ftehim ġdid mas-sajjieda Maltin biex ikunu eżentati mill-ħlas tal-VAT meta jixtru d-diesel għal skopijiet ta’ sajd.
Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u biex dan il-ftehim jidħol fis-seħħ jonqos, li kif maqbul, il-koperattiva l-oħra, iġifieri il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd tiffirma dan il-ftehim.
Dan il-ftehim, intlaħaq wara konsultazzjoni estensiva mal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment, partikolarment b’konsultazzjoni kontinwa mad-Dipartiment tal-V.A.T, mad-Dipartment tad-Dwana kif ukoll mal-koperattivi tas-sajjieda. Dan il-ftehim ikompli jibni fuq il-ftehim eżistenti, fejn is-sajjieda Maltin ilhom għall-dawn l-aħħar għaxar snin jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-Taxxa tas-Sisa fuq il-fuel użat mill-bastimenti tagħhom għall-attivitajiet tas-sajd.
B’dan l-ftehim il-ġdid, is-sajjieda Maltin ha jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn eżenzjoni mit-Taxxa tas-Sisa u kif ukoll minn l-eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fuq il-fuel utilizzat mill-bastimenti tas-sajd.
Dan il-ftehim, li jkopri s-sentejn li ġejjin, għandu jħalli impatt posittiv billi jżid il-cashflow tas-sajjieda, u billi jnaqqas t-toqol tal-proċessi amministrattivi marbuta mal-iskema ta’ refużjoni tal-V.A.T.
Other Press Releases:
PR262015
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...
PR262014