Left arrow Go Back

AVVIŻ FORMALI LILL-KUNSILL LOKALI TAS-SLIEMA

PR0007
Date Icon 04/01/2012

Bis-saħħa tal-Artikolu 22 (b) tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali Kap 363 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Gvern ħareġ Avviż Formali lill-Kunsill Lokali Tas-Sliema li fih qed ikun avżat li jekk is-sitwazzjoni fi ħdanu ma tiġix rimedjata fi żmien għaxart’ijiem, se jingħata parir lill-President biex il-Kunsill Lokali jiġi xolt.

Fl-Avviż Formali, issir referenza għal rapport imħejji mid-Direttur għad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, u li fih jissemmew l-investigazzjonijiet li saru mill-Internal Audit and Investigations Directorate (IAID). Fuq talba tad-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Gvern Lokali, l-IAID investiga diversi allegazzjonijiet li saru fuq il-Kunsill Lokali Tas-Sliema. Ħafna minn dawn l-irregolaritajiet kienu kkonfermati. B’rabta ma’ dawn l-irregolaritajiet jissemmew ex-Sindku, ex-Segretarju Eżekuttiv, ex-deputat Segretarju Eżekuttiv, u numru ta’ membri tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.  L-ex Sindku u kunsillieri lokali tressqu wkoll il-Qorti akkużati b’reati differenti.

Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali wettaq eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema biex jevalwa l-andament tal-operat tal-istess Kunsill. Dan l-eżerċizzju wera biċ-ċar li qed ikun hemm ċirkustanzi fejn il-Kunsill Lokali mhux qed ikun jista’ jkompli bl-operat tiegħu minħabba tfixkil li beda wara l-proċeduri legali li nbdew fil-Qorti u minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn il-kunsillieri.  Minkejja li saru sforzi biex jiġu rranġati l-ixkiel u d-diverġenzi, dawn l-isforzi ma taw l-ebda riżultat pożittiv.

Ir-rapport tad-Direttur għall-Gvern Lokali jikkonkludi li din is-sitwazzjoni qed ixxejjen l-andament amministrattiv tal-Kunsill Lokali Tas-Sliema bir-riżultat li l-ħidma qed tkun imxekkla u mhux qed isir progress fuq numru ta’ inizjattivi.

Fil-konklużjoni tar-rapport, id-Direttur għall-Gvern Lokali jagħti parir li l-Kunsill Lokali Tas-Sliema jkun xolt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru jinawgura investiment ta’ €13-il miljun fl-oqsma tat-teknoloġija, is-servizzi regolatorji u l-avjazzjoni

PR262015

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru jinawgura inves...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Dr George-Marius Hyzler, Maltese Member of the European Court of Auditors, presents the ECA’s Annual Audit Report on the implementation of the EU Budget for 2025 to Mr Charles Deguara, Auditor General

PR262014

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...

More Press Releases Right arrow