Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DWAR IŻ-ŻJARA F’MALTA TAL-MINISTRU TAL-INTERN SLOVAKK DANIEL LIPŠIC

pr2295
Date Icon 25/11/2011

Illum saret laqgħa bejn l-Ministru tal-Intern Slovakk Daniel Lipšic u l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Carmelo Mifsud Bonnici fil-Berġa t’Aragona, fil-Belt Valletta.

F’din il-laqgħa l-partijiet iddiskutew numru ta’ punti ta’ interess komuni. Minbarra s-suġġett tal-immigrazzjoni irregolari, il-partijiet tkellmu wkoll dwar suġġetti li ż-żewġ pajjiżi għandhom fehmiet komuni dwarhom u li diġà bdew jiġu diskussi jew ser jiġu diskussi fil-futur fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Is-Slovakkja hi wieħed mill-pajjiżi li ser jipparteċipa fir-rilokazzjoni ta’ għaxar persuni minn pajjiżna. Iż-żewġ Ministri żaru wkoll l-Uffiċċju Ewropew għas-Sostenn fil-Qasam tal-Ażil (EASO), fejn kellhom diskussjonijiet mal-Kap Eżekuttiv, Dr Robert Visser. F’din l-laqgħa ġiet diskussa ħidmet l-uffiċċju u x’qiegħed jiġi preparat għas-sena li ġejja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow