Left arrow Go Back

LAQGĦA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET SOĊJALI U TAL-FAMILJA TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA

pr2292
Date Icon 25/11/2011

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Dedikat lit-Tfal, il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u tal-Familja tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa żamm numru ta’ laqgħat fis-17 u 18 ta’ Novembru 2011 ġewwa Firenze fl-Italja.

Il-Membru Parlamentari l-Onor. Francis Agius attenda għal dawn il-laqgħat bħala l-Contact Parliamentarian għad-Drittijiet tat-Tfal biex ma jkunux Abbużati Sesswalment, kif ukoll bħala l-Viċi Chairman tas-Sotto Kumitat dwar it-Tfal fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u tal-Familja. Fl-Istituto Innocenti ġewwa Firenze kienu diskussi  temi relatati ma’ abbuż sesswali fuq it-tfal. L-Onor. Agius tkellem dwar l-importanza li kull pajjiż ikollu l-leġislazzjoni meħtieġa f’dan il-qasam, u li ssir l-implimenatzzjoni tagħha, sabiex l-ebda perpetratur ma jkun jista’ jaħrab minn pajjiż għal ieħor fejn il-leġislazzjoni ma teżistix jew tkun iktar laxka. Suġġetti oħra relatati, bħal użu tal-internet u t-twaqqif ta’ reġistri li jgħinu sabiex ikunu magħrufa dawk li nstabu ħatja mill-Qrati li abbużaw sesswalment minn tfal, kienu wkoll diskussi matul il-laqgħat. B’mod partikolari u urġenti, dan ikun japplika għal postijiet tax-xogħol fejn wieħed ikun se jieħu kura jew jiġi f’kuntatt ma’ persuni taħt l-età ta’ tmintax-il sena.

Fl-aħħar tal-laqgħa, inħarget id-Dikjarazzjoni ta’ Firenze sabiex isir aktar għarfien dwar l-abbuż sesswali fuq it-tfal u li jkun hemm politika ta’ tollerenza żero fuq tali mġieba u reati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow