Left arrow Go Back

L-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK FIN-NAĦA T’ISFEL TA’ MALTA

pr2279
Date Icon 24/11/2011

1,329 mediċina ta’ tip differenti jiġu offruti b’xejn lil 63,000 persuna

15-il spiżerija oħra ngħaqdu mal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, biex issa t-total ta’ spiżeriji li qegħdin f’din l-iskema tela’ għal 129.

Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-ispiżerija De Paula, ir-Raħal Ġdid.  Din l-ispiżerija hija waħda mill-aħħar grupp ta’ spiżeriji li daħlu fl-iskema li issa infirxet fil-Fgura, Raħal Ġdid, il-Birgu, Bormla, l-Isla u l-Kalkara.

Il-Ministru fakkar li oriġinarjament kien hemm biss ħames spiżeriji li minnhom kienu jinqdew l-eluf ta’ persuni li kienu intitolati għall-mediċini b’xejn. Bl-iskop li l-pubbliku jinqeda aħjar inħolqot l-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek li għenet sabiex in-numru dejjem jikber ta’ persuni li huma intitolati għall-mediċini b’xejn jinqdew aħjar u minn spiżerija eqreb tagħhom.

Il-Ministru qal li llum ftit aktar minn 63,000 persuna qed jiġbru il-mediċini b’xejn. Il-Ministru Cassar qal ukoll li kompla jikber in-numru ta’ mediċini li qiegħed joffri l-Gvern, li issa saru 1,329 mediċina.

Joe Cassar qal li dan kollu huwa possibbli biss minħabba li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ u jtejjeb is-servizzi tas-saħħa.  Fil-fatt anke fil-Budget li ġie ppreżentat, il-Gvern wera dan bil-fatti permezz ta’ żieda ta 37.6 miljun Ewro fil-vot allokat għall-Ministeru tas-Saħħa.  Dan ifisser li s-sena d-dieħla l-Gvern se jkompli jinvesti b’total ta 415.9 miljun Ewro fis-saħħa.  

Filwaqt li saħaq li l-Gvern jinvesti aktar minn miljun Ewro kuljum fis-servizzi tas-saħħa, il-Ministru appella biex ilkoll napprezzaw dan l-investiment u fuq kollox nibżgħu għalih. Hu qal li l-investiment fis-saħħa se jkompli jsaħħaħ diversi miżuri, bħall:

  • Aktar investiment fil-kura għall-kanċer
  • investiment fi programmi ta’ screening
  • tisħiħ tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek
  • Immodernizzar taċ-ċentri tas-saħħa
  • Żieda fin-numru ta’ operazzjonijiet
  • Investiment fir-riforma tas-schedule 2 u 5, li se tirriżulta f’aktar għajnuna lil aktar persuni permezz ta’ aktar mediċina b’xejn

Is-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa f’Malta tistona ħafna ma’ dak li qiegħed iseħħ madwarna bħalissa hekk kif filwaqt li l-Gvern Malti żied l-allokazzjoni finanzjarja, diversi Gvernijiet oħra qegħdin jikkunsidraw tnaqqis jew ħlas għal servizzi simili. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow