Left arrow Go Back

JINŻAMMU S-SEMINAR ANNWALI U ĊERIMONJA TAL-PREMJIJIET TA’ EKOSKOLA F’GĦAWDEX

pr2278
Date Icon 24/11/2011

Żewġ skejjel primarji fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex ingħataw il-Bandiera l-Ħadra waqt iċ-ċerimonja tal-premjijiet li kienet parti mis-seminar annwali ta’ EkoSkola f’Għawdex li nżamm fl-Iskola primarja ta’ Għajnsielem. 

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono ppreżentat it-tieni Bandiera Ħadra lill-Iskola Primarja tax-Xewkija kif ukoll ċertifikat għall-parteċipazzjoni tagħha b’suċċess fl-HSBC Eco-Schools Climate Initiative Community Project. Barra minn hekk l-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem ġiet onorata bil-Bandiera l-Ħadra għall-ewwel darba filwaqt li l-Iskola Sekondarja tal-Bniet ingħatat is-Silver Award.

Filwaqt li awgurat lil dawn l-iskejjel għall-unuri li rċevew, il-Ministru għal Għawdex esprimiet sodisfazzjon għal fatt li l-istudenti Għawdxin huma parteċipi fil-programm  EkoSkola flimkien ma’ 8 miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja kollha. Hija qalet li t-twettieq ta’ prattiċi ambjentali tajbin u inizjattivi oħra li jieħdu l-iskejjel Għawdxin jaqblu mal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fir-rigward tal-viżjoni eko-Għawdex. Hija rreferiet ukoll għall-iskema ta’ eko-Għawdex għall-iskejjel li ser titnieda fil-ġimgħat li ġejjin u li permezz tagħha kull skola f’Għawdex ser tkun tista’ tibbenefika minn massimu ta’ €3,000 sabiex twettaq proġetti għall-benefiċċju tal-istudenti fl-iskejjel rispettivi.

Dan is-seminar kien indirizzat ukoll mis-Sur Vincent Attard, il-Koordinatur tal-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni Ambjentali f’Malta (FEE Malta), mill-Koordinatur Nazzjonali l-Prof. Paul Pace, minn Maria Mallia, Rappreżentatriċi tal-WasteServ li għamlet preżentazzjoni dwar il-ktejjeb ta’ gwida għal Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart, kif ukoll minn Claire Zammit. Il-programm kien jinkludi l-kant tal-Innu tal-EkoSkola flimkien ma’ kant ieħor mill-kor tal-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem u studenti tar-raba’ u l-ħames klassi tal-istess skola. Kienu preżenti wkoll is-Sur Anthony Zammit, Direttur Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali u l-għalliema ta’ eko-Għawdex, Silvana Sultana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow